Messagg mill-Papa Frangisku

Verżjoni bil-Malti

MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU
GĦALL-JUM DINJI TAL-MISSJONIJIET 2016

Knisja missjunarja, xhud tal-ħniena

Għeżież ħuti,

Il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena, li l-Knisja qed tgħix, jixħet dawl partikulari anki fuq il-Jum Dinji tal-Missjonijiet tal-2016: jistedinna nħarsu lejn il-missjoni ad gentes bħala opra kbira u immensa ta’ ħniena kemm spiritwali u kemm materjali. Fil-fatt, f’dan il-Jum Dinji tal-Missjonijiet, aħna lkoll mistednin “noħorġu”, bħala dixxipli missjunarju, kull wieħed u waħda jqiegħed għas-servizz tal-oħrajn it-talenti tiegħu, il-kreattività tiegħu, l-għerf u l-esperjenza tiegħu, biex inwasslu l-messaġġ tal-ħlewwa u tal-kompassjoni ta’ Alla lill-familja kollha tal-bnedmin. Bis-setgħa tal-mandat missjunarju, il-Knisja tieħu ħsieb ta’ dawk kollha li ma jafux bil-Vanġelu, għax tixtieq li lkoll isalvaw u jaslu biex jagħmlu esperjenza tal-imħabba tal-Mulej. Hi “għandha l-missjoni li xxandar il-ħniena ta’ Alla, il-qalb tħabbat tal-Vanġelu” (Bolla Misericordiæ Vultus, 12) u tħabbarha f’kull rokna tad-dinja, sa ma tasal għand kull mara, raġel, anzjan, żagħżugħ u żagħżugħa, tifel u tifla.

Il-ħniena tnissel ferħ kbir fil-qalb tal-Missier meta hu jiltaqa’ ma’ kull ħlejqa umana; sa mill-bidu, Hu jdur bi mħabba kbira mqar fuq dawk li huma l-iżjed dgħajfa, għax il-kobor u l-qawwa tiegħu jidhru sewwasew fil-ħila tiegħu li jsir ħaġa waħda maċ-ċkejknin, mal-imwarrbin, mal-maħqurin (ara Dewt 4:31; Salm 86:15; 103:8; 111:4). Hu Alla twajjeb, attent, fidil; joqrob lej min hu fil-bżonn biex hekk ikun qrib ta’ kulħadd, fuq kollox tal-foqra; jidħol bi ħlewwa fir-realtà umana l-istess kif jagħmlu missier u omm fil-ħajja ta’ wliedhom (ara Ġer 31:20). Il-kelma li biha tinqeda l-Bibbja biex tgħid ħniena tibgħatna lejn il-ġuf tal-omm: jiġifieri lejn l-imħabba ta’ omm għal uliedha, dawk l-ulied li hi dejjem tibqa’ tħobb, f’kull ċirkustanza u jiġri x’jiġri, għax huma frott ġufha. U dan hu aspett essenzjali anki fl-imħabba li Alla għandu lejn uliedu kollha, b’mod partikulari lejn il-membri tal-poplu li hu nissel u li jrid irabbi u jeduka: quddiem id-dgħufijiet u l-infedeltajiet tagħhom, il-ġewwieni tiegħu jitqanqal u titħeġġeġ qalbu (ara Ħos 11:8). U madankollu Hu ħanin ma’ kulħadd, imħabbtu hi għall-ġnus kollha, u l-ħlewwa u t-tjieba tiegħu jinfirxu fuq il-ħlejjaq kollha (ara Salm 145:8-9).

Il-ħniena ssib l-ogħla u l-aqwa wirja tagħha fil-Verb li sar bniedem. Hu juri l-wiċċ tal-Missier għani fil-ħniena, “jitkellem fuqha u jfissirha permezz ta’ paraguni u parabboli, iżda fuq kollox jinkarnaha fih innifsu u b’xi mod ilibbisha persuntu” (Ġwanni Pawlu II, Enċiklika Dives in misericordia, 2). Jekk nilqgħu u nimxu wara Ġesù fil-Vanġelu u s-Sagramenti, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu aħna nistgħu nsiru ħanina bħal Missierna tas-Sema, nitgħallmu nħobbu kif Hu jħobbna u nagħmlu minn ħajjitna don mogħti b’xejn, sinjal tat-tjieba tiegħu (ara Bolla Misericordiæ Vultus, 3). Il-Knisja, l-ewwel waħda li tagħmel hekk, f’nofs l-umanità, hi l-komunità li tgħix bil-ħniena ta’ Kristu: dejjem tħoss li Hu jħares lejha u jagħżilha bi mħabba ħanina, u minn din l-imħabba hi tixrob l-istil tal-mandat tiegħu, tgħix bih u tgħarrfu lill-ġnus fi djalogu kollu rispett ma’ kull kultura u twemmin reliġjuż.

Xhieda ta’ din l-imħabba ħanina, bħal fl-ewwel żminijiet tal-ħajja tal-Knisja, huma bosta rġiel u nisa ta’ kull età u kundizzjoni. Sinjal elokwenti tal-imħabba materna ta’ Alla hi l-preżenza konsiderevoli u dejjem tikber ta’ nisa fid-dinja missjunarja, flimkien ma’ dik maskili. In-nisa, lajċi jew ikkonsagrati, u llum anki mhux ftit familji, qed iwettqu l-vokazzjoni missjunarja tagħhom f’bosta xejriet differenti: mix-xandir dirett tal-Vanġelu għas-servizz tal-karità. Flimkien mal-opra tal-evanġelizzazzjoni u s-sagramenti mwettqa mill-missjunarji, in-nisa u l-familji spiss jistgħu jifhmu b’mod aħjar il-problemi tan-nies u jafu jaffrontawhom b’mod xieraq u kultant uniku: kif jieħdu ħsieb tal-ħajja, b’attenzjoni straordinarja għall-persuni iktar milli għall-istrutturi, u billi jħaddmu kull riżorsa umana u spiritwali biex jibnu armonija, relazzjonijiet, paċi, solidarjetà, djalogu, kollaborazzjoni u fraternità, kemm fil-qasam tar-relazzjonijiet interpersonali u kemm f’dak usa’ tal-ħajja soċjali u kulturali, u b’mod partikulari fl-għożża tal-foqra.

F’bosta mkejjen l-evanġelizzazzjoni tibda mill-ħidma edukattiva, li għaliha l-opra missjunarja tiddedika impenn u żmien, bħall-bidwi ħanin tad-dielja fil-Vanġelu (ara Lq 13:7-9; Ġw 15:1), li b’sabar kapaċi jistenna l-frott wara snin sħaħ ta’ formazzjoni bil-mod il-mod; hekk jitnisslu persuni li kapaċi jevanġelizzaw u jwasslu l-Vanġelu fejn l-inqas wieħed jistenna li jarah jitwettaq. Il-Knisja tista’ tissejjaħ “omm” anki għal dawk li għada pitgħada jafu jaslu għall-fidi fi Kristu. Għalhekk nawgura li l-poplu qaddis ta’ Alla jħaddem is-servizz matern tal-ħniena, li bih jgħin tant lill-popli li għadhom ma jafux lill-Mulej biex jiltaqgħu miegħu u jħobbuh. Fil-fatt il-fidi hi don ta’ Alla u mhux frott tal-proselitiżmu; imma tikber grazzi għall-fidi u għall-imħabba tal-evanġelizzaturi li huma xhieda ta’ Kristu. Meta joħorġu fit-toroq tad-dinja d-dixxipli ta’ Ġesù huma mitluba juru dik l-imħabba bla qies, imma li pjuttost tfittex li timxi ma’ kulħadd bl-istess qies tal-Mulej; inħabbru l-isbaħ u l-ikbar don li Hu tana: ħajtu u l-imħabba tiegħu.

Kull poplu u kultura għandhom dritt jirċievu l-messaġġ tas-salvazzjoni li hu don ta’ Alla għal kulħadd. Dan hu wisq aktar meħtieġ jekk inqisu kemm inġustizzji, gwerer, kriżijiet umanitarji llum qed jistennew soluzzjoni. Il-missjunarji mill-esperjenza jafu li l-Vanġelu tal-maħfra u tal-ħniena jista’ jġib il-ferħ u r-rikonċiljazzjoni, il-ġustizzja u l-paċi. Il-mandat tal-Vanġelu: “Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien” (Mt 28:19-20) għad m’għaddiex żmienu, anzi jimpenjana lkoll, fix-xenarji u l-isfidi ta’ żmienna, biex inħossuna msejħa għal “ħruġ” missjunarju ġdid, kif urejt ukoll fl-Eżortazzjoni appostolika Evangelii gaudium: “Kull Nisrani u kull komunità trid tiddixxerni dwar liema hi l-mixja li l-Mulej qed jitlob, imma kollha aħna msejħin biex nilqgħu din is-sejħa: noħorġu mill-kumditajiet tagħna u jkollna l-kuraġġ li nilħqu l-periferiji kollha li għandhom bżonn id-dawl tal-Vanġelu” (20).

Propju f’din is-Sena Ġubilari jaħbat id-disgħin anniversarju tal-Jum Dinji tal-Missjonijiet, promoss mill-Opra Pontifiċja tal-Propagazzjoni tal-Fidi u approvat mill-Papa Piju XI fl-1926. Għalhekk inħoss li jixraq infakkru fl-indikazzjonijiet għorrief tal-Predeċessuri tiegħi, li riedu li għal din l-Opra jmorru l-offerti kollha li kull djoċesi, parroċċa, komunità reliġjuża, għaqda u moviment ekkleżjali, minn kull naħa tad-dinja, setgħu jiġbru biex jgħinu lill-komunitajiet Insara fil-bżonn ta’ għajnuniet u biex isaħħu x-xandir tal-Vanġelu sa truf l-art. Mqar illum neħtieġu dan il-ġest ta’ komunjoni ekkleżjali missjunarja. Ejjew ma nagħlqux qalbna fil-preokkupazzjonijiet partikulari tagħna, imma nwessgħuha għall-ixfqa tal-umanità kollha.

Marija Santissma, ikona sublimi tal-umanità mifdija, mudell missjunarju għall-Knisja, tgħallimna lkoll, irġiel, nisa u familji, innisslu u nħarsu kullimkien il-preżenza ħajja u misterjuża ta’ Kristu Rxoxt, li jġedded u jimla bil-ħniena hienja r-relazzjonijiet bejn il-persuni, il-kulturi u l-popli.

Mill-Vatikan, 15 ta’ Mejju 2016, Solennità ta’ Għid il-Ħamsin.

FRANĠISKU

miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard (www.laikos.org)

English Version

MESSAGE OF POPE FRANCIS
FOR WORLD MISSION DAY 2016

Missionary Church, Witness of Mercy

Dear Brothers and Sisters,

The Extraordinary Jubilee of Mercy, which the Church is celebrating, casts a distinct light on World Mission Sunday 2016: it invites us to consider the missio ad gentes as a great, immense work of mercy, both spiritual and material. On this World Mission Sunday, all of us are invited to “go out” as missionary disciples, each generously offering their talents, creativity, wisdom and experience in order to bring the message of God’s tenderness and compassion to the entire human family. By virtue of the missionary mandate, the Church cares for those who do not know the Gospel, because she wants everyone to be saved and to experience the Lord’s love. She “is commissioned to announce the mercy of God, the beating heart of the Gospel” (Misericordiae Vultus, 12) and to proclaim mercy in every corner of the world, reaching every person, young or old.

When mercy encounters a person, it brings deep joy to the Father’s heart; for from the beginning the Father has lovingly turned towards the most vulnerable, because his greatness and power are revealed precisely in his capacity to identify with the young, the marginalized and the oppressed (cf. Deut 4:31; Ps 86:15; 103:8; 111:4). He is a kind, caring and faithful God who is close to those in need, especially the poor; he involves himself tenderly in human reality just as a father and mother do in the lives of their children (cf. Jer 31:20). When speaking of the womb, the Bible uses the word that signifies mercy: therefore it refers to the love of a mother for her children, whom she will always love, in every circumstance and regardless of what happens, because they are the fruit of her womb. This is also an essential aspect of the love that God has for all his children, whom he created and whom he wants to raise and educate; in the face of their weaknesses and infidelity, his heart is overcome with compassion (cf. Hos 11:8). He is merciful towards all; his love is for all people and his compassion extends to all creatures (cf. Ps 144:8-9).

Mercy finds its most noble and complete expression in the Incarnate Word. Jesus reveals the face of the Father who is rich in mercy; he “speaks of [mercy] and explains it by the use of comparisons and parables, but above all he himself makes it incarnate and personifies it” (John Paul II, Dives in Misericordia, 2). When we welcome and follow Jesus by means of the Gospel and sacraments, we can, with the help of the Holy Spirit, become merciful as our heavenly Father is merciful; we can learn to love as he loves us and make of our lives a free gift, a sign of his goodness (cf. Misericordiae Vultus, 3). The Church, in the midst of humanity, is first of all the community that lives by the mercy of Christ: she senses his gaze and feels he has chosen her with his merciful love. It is through this love that the Church discovers its mandate, lives it and makes it known to all peoples through a respectful dialogue with every culture and religious belief.

This merciful love, as in the early days of the Church, is witnessed to by many men and women of every age and condition. The considerable and growing presence of women in the missionary world, working alongside their male counterparts, is a significant sign of God’s maternal love. Women, lay and religious, and today even many families, carry out their missionary vocation in various forms: from announcing the Gospel to charitable service. Together with the evangelizing and sacramental work of missionaries, women and families often more adequately understand people’s problems and know how to deal with them in an appropriate and, at times, fresh way: in caring for life, with a strong focus on people rather than structures, and by allocating human and spiritual resources towards the building of good relations, harmony, peace, solidarity, dialogue, cooperation and fraternity, both among individuals and in social and cultural life, in particular through care for the poor.

In many places evangelization begins with education, to which missionary work dedicates much time and effort, like the merciful vine-dresser of the Gospel (cf. Lk 13:7-9; Jn 15:1), patiently waiting for fruit after years of slow cultivation; in this way they bring forth a new people able to evangelize, who will take the Gospel to those places where it otherwise would not have been thought possible. The Church can also be defined as “mother” for those who will one day have faith in Christ. I hope, therefore, that the holy people of God will continue to exercise this maternal service of mercy, which helps those who do not yet know the Lord to encounter and love him. Faith is God’s gift and not the result of proselytizing; rather it grows thanks to the faith and charity of evangelizers who witness to Christ. As they travel through the streets of the world, the disciples of Jesus need to have a love without limits, the same measure of love that our Lord has for all people. We proclaim the most beautiful and greatest gifts that he has given us: his life and his love.

All peoples and cultures have the right to receive the message of salvation which is God’s gift to every person. This is all the more necessary when we consider how many injustices, wars, and humanitarian crises still need resolution. Missionaries know from experience that the Gospel of forgiveness and mercy can bring joy and reconciliation, justice and peace. The mandate of the Gospel to “go therefore and make disciples of all nations, baptizing them in the name of the Father and of the Son and of the Holy Spirit, teaching them to observe all that I have commanded you” (Mt 28:19-20) has not ceased; rather this command commits all of us, in the current landscape with all its challenges, to hear the call to a renewed missionary “impulse”, as I noted in my Apostolic Exhortation Evangelii Gaudium: “Each Christian and every community must discern the path that the Lord points out, but all of us are asked to obey his call to go forth from our own comfort zone in order to reach all the ‘peripheries’ in need of the light of the Gospel” (20).

This Jubilee year marks the 90th anniversary of World Missionary Day, first approved by Pope Pius XI in 1926 and organized by the Pontifical Society for the Propagation of the Faith. It is appropriate then to recall the wise instructions of my Predecessors who ordered that to this Society be destined all the offerings collected in every diocese, parish, religious community, association and ecclesial movement throughout the world for the care of Christian communities in need and for supporting the proclamation of the Gospel even to the ends of the earth. Today too we believe in this sign of missionary ecclesial communion. Let us not close our hearts within our own particular concerns, but let us open them to all of humanity.

May Holy Mary, sublime icon of redeemed humanity, model of missionaries for the Church, teach all men, women and families, to foster and safeguard the living and mysterious presence of the Risen Lord in every place, he who renews personal relationships, cultures and peoples, and who fills all with joyful mercy.

From the Vatican, 15 May 2016, Solemnity of Pentecost

FRANCIS