Mill-Vietnam

Mill-Vietnam

Bħalissa d-direttur Mons Salvinu Micallef flimkien ma’ zewg volontiera ohra qed izuru progetti li Missio, l-uffċċju Missjunarju, sponsorja matul is-sena 2016 u s-sena 2017 fil-Vietnam u l-Kambodja. Waqt din iz-zjara zaru diversi komunitajiet foqra fosthom din li tidher fir-ritratt. Fl-isfond wieħed jista jara tinda tal-pjanċi li taħta issir il-quddies. Ix-xewqa tagħhom hi li tinbena kappella jew knisja biex ikunu jistu jitolbu fiha. Apparti minn hekk Missio għamel donazzjoni ta’ €1000 għal din il-komunità fqir biex it-tfal ikunu jistu jitwasslu l-iskola li qiegħda għaxar kilometri l-bogħod. Wieħed jista’ jkompli jkun ta’ sapport għall-Missio biex ikun jista’ jkompli jgħin komunitajiet bħall dawn billi jibgħat donazzjoni lil Missio Malta, 7 Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta jew iżur il-website www.missio.org.mt.