Prayers

Intenzjonijiet

1. Universali 2. Għall-Evangelizzazzjoni 3. Tal-Isqfijiet tagħna

Jannar:

Il-membri tal-għaqdiet ta’ tradizzjonijiet differenti u n-nies kollha ta’ rieda tajba jgħinu lil xulxin għas-sostenn tal-paċi.

Sabiex f’din is-sena ddedikata lill-ħajja konsagrata, ir-reliġjużi jsibu l-ferħ bħala dixxipli ta’ Kristu u jistinkaw b’żelu fis-servizz lejn il-foqra.

Biex jiżdiedu l-vokazzjonijiet għall-Ħajja Kkonsagrata u Saċerdotali.

Frar:

Il-ħabsin, speċjalment iż-żgħażagħ, ikollhom il-possibilità li jgħixu ħajja dinjituża.

Sabiex il-miżżewġa li sseparaw isibu merħba u sostenn fil-komunità kristjana.

Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament tażżwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbiltà ta’ din il-vokazzjoni.

Marzu:

Sabiex ir-riċerkaturi fil-kamp xjentifiku, jimxu skont l-etika umana.

Sabiex ikun dejjem iktar rikonoxxut il-kontribut tal-mara fil-ħajja tal-Knisja.

Biex iż-żgħażagħ ikollhom l-għodda meħtieġa li jgħinuhom jgħarblu l-verità u s-solidarjetà fil-midja.

April:

Sabiex il-bnedmin jitgħallmu jirrispettaw il-ħolqien, u jgħarrfuh bħala l-ħolqien t’Alla.

Sabiex il-Kristjani ppersegwitati jħossu l-preżenza li tfarraġhom ta’ Kristu Rxoxt u s-solidarjetà tal-Knisja kollha.

Ħalli aktar żgħażagħ iħabirku biex iwasslu s-sensibbiltà tagħhom favur l-ambjent naturali.

Mejju:

Sabiex, fiċ-ċaħda tagħna lejn il-kultura tal-indifferenza, inkunu nistgħu ngħinu lil min hu batut, speċjalment tal-morda u l-fqar.

Sabiex l-interċessjoni ta’ Marija tgħin lill-Kristjani li jgħixu f’ambjenti sekularizzata biex ikunu iktar disponibbli ħa jħobbu lil Ġesù.

Biex iż-żgħażagħ japprezzaw il-ġid kbir li jista’ jsir fil-kuntatti personali ma’ sħabhom.

Ġunju:

Sabiex il-migranti u r-refuġjati jsibu min jilqagħhom u jkunu trattati b’rispett fil-Pajjiżi fejn jaslu.

Sabiex il-laqgħa personali tagħna ma’ Ġesù tqajjem f’ħafna żgħażagħ x-xewqa li joffru ħajjithom għas-saċerdozju u għall-ħajja konsagrata.

Biex iż-żgħażagħ jimxu fuq il-Kelma ta’ Alla u jkunu attenti għas-sinjali tal-Mulej f’ħajjithom.

Lulju:

Sabiex il-politiċi jerfgħu r-responsabbiltajiet li jeżistu fuq il-livelli kollha f’forma ta’ karità.

Sabiex il-Kristjani fl-Amerka t’Isfel, quddiem l-inugwaljanzi soċjali, ikunu xhieda tal-imħabba lejn il-fqar u jagħtu kontribut għal soċjetà iktar fraterna.

Biex ma jkun hemm l-ebda żagħżugħ li jagħlaq għajnejh għall-faqar jew l-inġustizzja, u jfittex jagħti s-sehem tiegħu.

Awwissu:

Sabiex il-voluntiera jgħinu b’ġenerożità lil min qiegħed fil-bżonn.

Sabiex noħorġu minna nfusna u nkunu proxxmu ta’ dawk li jinsabu fit-truf tar-relazzjonijiet umani u soċjali.

Għaż-żgħażagħ b’qalbhom maqsuma biex isibu min jagħdirhom u jgħinhom.

Settembru:

Sabiex jikbru l-opportunitajiet ta’ formazzjoni u ta’ xogħol.

Sabiex il-katekisti jkunu f’ħajjithom xhieda sodi tal-fidi li jħabbru.

Ħalli l-għaqdiet reliġjużi u ċivili jirsistu kemm jifilħu biex jgħaddu valuri tajbin liż-żgħażagħ tagħna.

Ottubru:

Sabiex ikun eradikat l-isfruttament u traffikar illegali tan-nies, li hija forma ta’ skjavitù.

Sabiex, bi spirtu missjunarju, il-komunitajiet kristjani tal-kontinent Asjatiku jħabbru l-Vanġelu lil dawk kollha li għadhom qed jistennew.

Biex jum il-missjoni jħajjar aktar żgħażagħ jikkunsidraw volontarjat barra minn xtutna.

Novembru:

Inkunu kapaċi nitkellmu ma’ kulħadd, anke ma min għandu ideat differenti minn tagħna.

Sabiex ir-rgħajja tal-Knisja, li jħobbu profondament il-merħla tagħhom, ikunu jistgħu jakkumpanjawha u jżommu ħajja t-tama.

Biex aktar żgħażagħ jiskopru l-valur tal-Quddiesa tal-Ħadd.

Diċembru:

Sabiex kulħadd jesperjenza l-Ħniena t’Alla, li dejjem taħfer.

Sabiex il-familji, b’mod partikolari dawk li qed isofru, isibu fit-twelid ta’ Ġesù sinjal ta’ tama ċerta.

Sabiex fil-ħidma pastorali tagħha l-Knisja toffri liż-żgħażaħ skopijiet ġodda ta’ ħajja u tama.