dicembru-2016

Dicembru 2016

Qatt smajt bil-‘Knisja ta’ Taħt l-Art’? Le, din mhix xi knisja mibnija taħt l-art ġo xi għar li tattira lil kull min imur iżurha, imma mkejjen sigrieta fiċ-Ċina fejn seminaristi, sorijiet, qassisin u Kattoliċi Nsara jiltaqgħu bil-moħbi biex jistudjau u jitolbu flimkien. Saħansitra dawn ikollhom jitolbu minn taħt l-ilsien bil-biża’ li jinqabbdu; u biex jidħlu jew joħorġu jkollhom jistennew sa ma jkunu ċerti li mhu jarahom ħadd.

Matul ix-xahar ta’ Diċembru, tista’ taqra aktar fid-dettal l-istorja ta’ dawn in-nies fl-editorjal tal-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. Minbarra dan, tista’ wkoll taqra diversi stejjer oħra u esperjenzi mid-dinja missjunarja. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Storja partikolari tlaqqagħna mal-‘Aqwa Raġel tad-Dinja’, li ddeċieda li jirriżenja mix-xogħol tiegħu ta’ kok, li kien jirrendilu tajjeb, biex jgħin lill-foqra f’raħal twelidu.

Għal aktar tagħrif jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21236962 jew ibgħat imejl fuq info@missio.org.mt. Ma’ kull abbonament ġdid ta’ sena qed jingħata kalendarju tal-missjoni tas-sena 2017.

Applika onlajn