Frar 2016

‘Ġebla Għall-Kambodja’ huwa l-isem li ngħatat lill-inizjattiva ta’ ‘social housing’ miftuħa għal dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jixtiequ jgħinu f’dan il-proġett ġdid. Grupp ta’ negozjanti Taljani li emmnu f’dan il-proġett, minflok investew flushom fis-soltu investimenti u banek kummerċjali, sellfu l-flus tagħhom għal dan il-proġett billi nħoloq kont li kien amministrat minn missjunarji Taljani u soċjetà finanzjarja fil-Kambodja.

Matul ix-xahar ta’ Frar, tistgħu taqra l-istorja kollha fil-magażin Malta Missjuarja, li hu pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. Minbarra hekk, tistgħu taqraw ukoll diversi stejjer u esperjenzi mid-dinja missjunarja. F’dan il-magażin, li joħroġ darba f’xahar, issibu tagħrif dwar il-proġetti li wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. U għal dawk li jinteressahom x’inhu l-erba’ stadji tal-kanonizzazzjoni jew aħjar il-proċess li persuna tgħaddi minnu biex issir qaddisa, jagħmlu tajjeb jekk jaqraw l-editorjal.

Għal aktar tagħrif jew biex tabbona f’Malta Missjunarja ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21236962 jew agħfas hawn taħt.

Applika onlajn