jannar-2017

Jannar 2017

Waslet is-sena l-ġdida, l-2017, u huma ħafna dawk li jitħajru jagħmlu xi proponimenti. L-aktar komuni nsibu li ser nippruvaw nagħmlu aktar eżerċizzju fiżiku, nieklu aktar ‘healthy’, norganizzaw aktar irwieħna u naqtgħu xi vizzju ikrah. Imma min jaf li kieku nżidu wkoll ma’ din il-lista proponiment ieħor? Dak li ser nippruvaw ngħinu aktar lil min hu verament fil-bżonn! Sew fil-familja tagħna, sew f’raħal twelidna, sew f’pajjiżna u sew barra minn xtutna.

Matul ix-xahar ta’ Jannar, tista’ taqra aktar dwar dawn il-ħsibijiet kemm fl-editorjal kif ukoll fil-messaġġ ta’ Mons. Salvinu Micallef fil-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. Minbarra dan, tista’ wkoll taqra diversi stejjer oħra u esperjenzi mid-dinja missjunarja. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Storja partikolari tlaqqagħna ma’ Gantulga, raġel mill-Mongolja li wara l-eżempju li tawh martu u wliedu ddeċieda li jikkonverti għall-fidi Kattolika, tgħammed, u kif jirrakkonta huwa stess qed iħossu verament fil-paċi.

Għal aktar tagħrif jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21236962 jew ibgħat imejl fuq info@missio.org.mt. Ma’ kull abbonament ġdid ta’ sena qed jingħata kalendarju tal-missjoni tas-sena 2017.

 

Applika onlajn