Novembru 2016

Novembru 2016

Mix-xahar li għadda l-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta, żied il-paġni tiegħu bi 8. B’hekk l-ammont ta’ paġni tela’ għal 40 paġna. Dan il-pass inħass li kellu jsir min-naħa tal-bord editorjali biex dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-missjoni, ikollhom aktar tagħrif dwar dan is-suġġett. L-editorjal ta’ Novembru jitkellem dwar l-ilma, u dwar kemm hu meħtieġ f’ħajjitna, kif jixhed it-titlu tal-artiklu: ‘L-ilma jibdel kollox.’ Fil-messaġġ tiegħu, id-Direttur Nazzjonali Mons. Salvinu Micallef, jitkellem dwar is-saċerdot fil-missjoni u dwar kif dawn jiddependu mill-elemożina bħala parti mis-salarju tagħhom biex jgħixu.

Minbarra dan, wieħed jista’ wkoll jaqra diversi stejjer u esperjenzi mid-dinja missjunarja. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, issib tagħrif dwar il-proġetti li wettaq u qed iwettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni u minn madwar id-dinja kollha, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob, fost ħafna informazzjoni oħra. Fost dawn tispikka l-istorja ta’ Hope, tifel ċkejken li ġie akkużat li hu saħħar u tħalla jfendi għal rasu mill-ġenituri tiegħu stess. Sakemm b’xorti tajba ġabritu voluntiera u ħadet ħsiebu.

Għal aktar tagħrif jew biex tabbona f’Malta Missjunarja ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21236962, jew ibgħat imejl fuq: info@missio.org.mt

Kull min jabbona ser jingħata kalendarju b’xejn tas-sena 2017.

Applika onlajn