Nahseb li jekk ikollnavettura, tgħinna ħafna biexinsalvaw ħajjet l-omm, kif ukoll tat-tarbija.

Is-sena l-oħra l-appell ta’ ‘Missio’ għall-Ġurnata Missjunarja, filwaqt li żamm is-sejħa universali tiegħu, kif hu fid-dmir li jagħmel fil-Jum Dinji tal-Missjoni, iffoka wkoll fuq sejħa partikolari għall-proġetti marbuta mal-edukazzjoni fil-Kambodja. Forsi tiftakru l-istorja tat-tuktuk.

Din is-sena Missio ser imiss qasam ieħor – dak tas-saħħa, li pajjiżna joffri servizzi verament tajbin. Hekk, hija xi ħaġa rari u verament sfortunata li omm titlef it-tarbija tagħha. Mhux hekk fl-Uganda u ħafna pajjiżi oħra fl-Afrika. F’dan il-pajjiż ommijiet li jkunu waslu biex iwelldu t-tarbija tagħhom u joqogħdu f’żoni  ’l bogħod mill-eqreb sptar, jew Ċentru tas-Saħħa, l-uniku mezz ta’ trasport huwa li jirkbu fuq wara ta’ mutur. Il-konsegwenzi huma traġiċi. Ħafna ħajjiet ta’ ommijiet u trabi qed jintilfu. Ir-riżultati isiru aktar gravi meta jkollok tqala bi problemi.

 

 

 

Aħna verament grati għall-imħabba lil inti għandek lejna. Aħna ferħanin li aħna msebħin miegħek f’din il-missjoni. Naf li Ġesù hu miegħi, u aħna mexjin flimkien.

Swor Marija Goretti

Missio din is-sena jeħodna fil-Parroċċa ta’ Bujuni, ġewwa l-Uganda, fejn kongregazzjoni ta’ sorijiet imwaqqfa fl-Uganda stess u magħrufa bħala ‘Ulied Marija’ jmexxu Ċentru tas-Saħħa li jġib l-isem ‘St. Luke Bujuni Health Centre’. Sr Mary Goretti u sħabha sorijiet, li huma mħarrġa fil-qasam mediku, qed jiddedikaw l-enerġija kollha tagħhom biex jagħtu servizzi ta’ saħħa mill-aħjar li jistgħu fid-dawl tar-riżorsi limitati tagħhom. Fil-Parroċċa hemm popolazzjoni ta’ ħmistax-il elf ruħ imxerrdin f’mijiet ta’ kilometri. Ovvjament, dawn is-sorijiet sikwit jiltaqgħu ma’ episodji ta’ swied il-qalb. Huma qed jappellaw lil Missio biex jibgħat fondi ħalli jkunu jistgħu jibnu sala oħra tal-maternità, swali oħra għat-trabi u t-tfal u, fuq kollox, biex jixtru ‘Ambulanza’ għall-ġarr ta’ pazjenti, b’mod speċjali nisa tqal li jkunu waslu biex jagħtu t-twelid lit-tarbija tagħhom.

Hekk isegwu l-wegħda ta’ Ġesù, sew spiritwalment u sew umanament, li qalilna:

“Jiena ġejt biex ikollkom il-ħajja u ħajja bil-kotra” Ġwanni 10:10.

Tista’ tniżżel dan il-filmat għal użu tal-parroċċa, għaqda jew skola minn hawn jew mis-sezzjoni tar-riżorsi hawn taħt.

Messaġ mill-Papa Franġisku

Messaġ mill-Isqfijiet

Riżorsi