“Ejjew naghtu lit‑tfal ta’ Madagascar l‑Ilma Haj li ghandhom bzonn illum.”

F’Madagascar, sitwazzjoni li ghadha reali u forsi lanqas titwemmen hi, li l-access ghall-ilma nadif biex tixrob, issajjar, tahsel jew tnaddaf hi xi haġa rari. Nghidu dan b’dispjacir kbir ghax minhabba f’hekk eluf ta’ tfal fil-pajjiz kollu ghadhom qed imutu minhabba mard, bhad-dijarea, ikkawzat mit-tniggis tal-ilma. Telfien ta’ hajjiet li facli jistghu jigu evitati.

L-appell ta’ Missio, l-Ufficcju Missjunarju, ghal din is-sena huwa ispirat mill-Vangelu ta’ San Gwann “Aghtini Nixrob.” (Ġw 4:7). Dan l-appell jistieden lill-Maltin u ’l-Ghawdxin kollha biex sew bit-talb taghhom imma wkoll b’ghotjiet konkreti ta’ mhabba, jaghtu appogg lill-hidma kbira li Missio qed taghmel f’Madagascar biex il-popli ta’ dan il-pajjiz isibu ilma nadif fid-djar, skejjel u centri socjali fost ohrajn, imma wkoll l-Ilma Haj tal-Vangelu li jiġi minn formazzjoni u edukazzjoni tajba lit-tfal u adulti tal-pajjiz. 

Qabel ma kellna l-pompi tal-ilma bl-ghajnuna ta’ Missio, l-ambjent ta’ madwar l-iskola kien mimli hmieġ u b’hafna rjihat li jtellghulek l-istonku, b’mod specjali matul il-granet shan tas-sajf. It-tfal il-hin kollu mahmugin, sew hwejjighom u sew il-ftit kotba li ghandhom. Trid tiftakar li dawn ma kellhomx biex imqar jahslu jdejhom wara li jmorru t-toilet u jilaghbu barra. Qsim il-qalb kontinwu tara t-tfal morda. Imma issa s-sitwazzjoni qed tinbidel. Dan grazzi ghall-ilma nadif, li bis-sahha ta’ Missio, issa ghandhom.

L-appell ghall-Gurnata Missjunarja ta’ din is-sena jehodna f’Madagascar biex nghinu naghtu ilma nadif lil mijiet ta’ skejjel u komunitajiet. Imma Sr. Rose u shabha s-sorijiet huma persuni dedikati biex jaqdu l-Mulej bix-xhieda ta’ hajjithom u bix-xandir tal-Kelma t’Alla. Ghalhekk tinsisti li barra mix-xoghol umanitarju biex iggib ilma nadif lit-tfal tal-iskola u l-irhula tal-madwar, hija trid tahdem ghall-edukazzjoni Nisranija tat-tfal u ghall-hajja spiritwali tal-familji li tahdem maghhom. Ghalhekk tappella biex l-ghajnuna ta’ Missio tkopri wkoll l-Ilma Haj li fuqu jitkellem Gesù meta jghid lill-mara s-Samaritana: “Aghtini Nixrob.” Hawn qeghdin nitkellmu fuq tfal u adulti li ghadhom fil-bidu tal-gharfien ta’ Gesù u l-Ahbar it-Tajba. Ghalhekk il-htieġa ta’ Centri tad-duttrina, kotba tal-katekizmu, Bibbji, materjal ghat-taghlim u mezzi ohra.

Ejjew inkunu generuzi biex nipprovdu ilma tajjeb u nadif u ilma spiritwali bl-ghotjiet generuzi taghna sew fil-gabra fil-Knisja u sew permezz tal-envelop tal-missjoni li nircievu d-dar jew permezz tal-internet.

Ghamel id-donazzjoni tieghek 

Messag mill-Papa Frangisku

Messag mill-Isqfijiet

Rizorsi