Patri Messikan Martri

F’Ġunju li għadda, saċerdot żagħżugħ, Patri Franġiskan, inqatel b’tiri ta’ armi tan-nar ġejjin minn diversi direzzjonijiet, minn traffikanti tad-droga li jappartjenu għal żewġ kartelli rivali fl’istat ta’ Durango. In-numru tad-demm imħallas mill-komunitajiet Messikani tal-fidili vittmi huwa kbir. Dan minbarra l-imwiet mill-COVID19, fejn mill-inqas 245 isqof, saċerdoti, djakni u reliġjużi tilfu ħajjithom. “Iktar minn 250 qassis mietu fil-Messiku,” qal Monsinjur Alfonso Miranda Guardiola, isqof awżiljarju ta’ Monterrey u segretarju tal-Konferenza tal-Isqfijiet Messikani. Ir-rapport taċ-Ċentru Kattoliku Multimedia rrapporta fl’aħħar ta’Marzu, 245 mewt fost isqfijiet, saċerdoti, djakni u reliġjużi. Iżda dawn huma ċifri parzjali, minħabba li mhux iddjoċesijiet kollha jikkollaboraw billi jibagħtu minnufih listi aġġornati.  Patri Juan Antonio Orozco ta’ 33 sena, kien fi triqtu biex jiċċelebra quddiesa fil-komunità Tepehuana ta’ Pajaritos meta xita ta’ balal temmitlu ħajtu. Kien it 12 ta’ Ġunju, lejlet il-festa ta’ Sant’ Antnin ta’ Padova, figura sinifikanti għall-familja Franġiskana, li l’vjolenza temmet l’eżistenza ta’ dan il-patri żagħżugħ, vittma tal-gwerra tal-kartell tad-droga Messikana. Il-Franġiskan reċentement kien kappillan tal-parroċċa f’Santa Luċija, fl’istat ta’ Zacatecas, art rikka fl’istorja, inkluża waħda Franġiskana, fit-tramuntana tal-Messiku, u kien sejjer lejn il-komunità ta’ Pajarito, żona ġirien. Abbord vann miftuħ, akkumpanjat minn xi parruċċani, sab ruħu f’nofs sparatura fil-muniċipalità ta’ Tepehuanes, fl’istat ta’ Durango. Għal bosta snin, il-kartelli Sinaloa u Jalisco Nueva Generacion (CJNG) ilhom jiġġieldu biex jirbħu ż-żoni mill-Paċifiku sal-fruntieri mal-Istati Uniti. Drogi, iżda wkoll armi, prostituzzjoni u fidwa tal-maħtufa, huma lbażi tan-negozju tal-miljunarju. Din id-darba kien imiss lill-Patri Juan…

Let your friends know! Share this:

Beata Sor Marija Laura Mainetti

Sor Marija Laura Mainetti, Taljana ta’ 60 sena li nqatlet b’daqqiet ta’ sikkina minn tliet tfajliet fis-sena 2000 f’Chiavenna, ġiet ibbeatifikata nhar il-Ħadd 6 ta’ Ġunju, 2021 wara li Papa Franġisku ddikkjaraha martri. Hija kienet issuperjura li tieħu ħsieb il-kunvent tas-Sorijiet tas-Salib f’Chiavenna. Kienet magħrufa għalli mpenn soċjali li kellha u għall-karità li kienet tagħmel maż-żgħażagħ u man-nies fil-bżonn. Fis 6 ta’ Ġunju 2000, tliet tfajliet li kienu jafuha sew għax kienet tgħallimhom il-katekizmu, qalu lil Sor Marija biex tiltaqa’ magħhom fil-għaxija fi ġnien pubbliku, għax waħda minnhom riedet tkellimha peress li sfat stuprata, ħarġet tqila u kienet qed tikkonsidra tagħmel abort. Kif waslet, ittfajliet bdew jgħajtu magħha u ġegħluha toqgħod għarkupptejha. Waħda mit-tfaljliet bdiet tagħtiha b’kantun tal-briks u oħra bdiet tħabbtilha rasha mal-ħajt, filwaqt li waħda wara l’oħra bdew jagħtuha daqqiet b’sikkina tal-kċina; b’kollox dsatax il daqqa. Kellhom l’intenzjoni li jagħtuha tmintax il daqqa ta’ sikkina, sitt darbiet kull waħda biex jiffurmaw in-numru 666. Sor Mainetti talbet il-ħin kollu waqt l’attakk u talbet lil Alla biex jaħfer lil dawn it-tfajliet. L’aħħar kelmiet li nisslet kienu: “Mulej, aħfrilhom.” It-tfajliet li nstabulhom xi noti b’kitbiet sataniċi, ammettew dak li għamlu, ġew akkużati u weħlu l-ħabs. Meta ħarġu mill-ħabs, dawn it-tfajliet bdew ħajja u familji ġodda. Waħda minnhom kitbet ittra lis-sorijiet tal-kongregazzjoni li tgħid li l’memorja ta’ Sor Mainetti taħfrilha waqt li kienet qed toqtolha, baqgħet magħha. “Jien tagħha għandi biss memorja ta’ mħabba. U barra minn dan, ġegħlitni nemmen f’xi ħaġa li la hi Alla u lanqas Satana, imma li hija mara sempliċi li għelbet il-ħażen. Issa fiha nsib wens u l’grazzja li nissaporti dak kollu li ngħaddi minnu. Jien dejjem nitlobha u ċerta li ser tgħinni nkun persuna aħjar.”  Il-quddiesa tal-beatifikazzjoni saret fi grawnd tal-isport f’Chiavenna, fejn attendew mal 2,500 ruħ. Papa Franġisku qal: “Illum Chianvenna,…

Let your friends know! Share this:

Skola fuq l’ Andes

Bolivar hija belt ċkejkna ta’ 2,500 ruħ, fil-qalba tal-Andes, fil-Peru, f’għoli ta’ 3,200 metru. It-territorju tagħha jinkludi 30 raħal żgħir, imxerrda fuq territorju enormi u fejn l’ivvjaġġar huwa wisq diffiċli. Biex tasal għal dan il-post minn Lima, il-belt kapitali, trid tivvjaġġa għal 31 siegħa u laħħar tmien sigħat fuq trejqat imħarbta għall-aħħar. Hawnhekk, l’aktar mezz komuni ta’ t-trasport huwa d-debba. Biex tasal f’xi wħud mill-irħula tieħu jumejn sejjer fuq id-debba. Skond l’istatistiċi tan-Nazzjonijiet Magħquda, f’Bolivar, l’iżvilupp uman huwa aktar ’l isfel minn dak tan-Niġer, li jinsab fl’aħħar post fl’istatistiċi tal-2019. Ħafna min-nies jgħixu mill-agrikoltura, ikabbru patata, qamħ għall-annimali u jrabbu xi baqra għall-ħalib. Xi ftit jirnexxilhom isibu xogħol f’xi postijiet pubbliċi (fi skola jew fil-muniċipju), waqt li l’maġġoranza taż-żgħażagħ jinżlu jfittxu xxogħol mal-kosta tal-baħar: l’irġiel f’xogħol agrikolu u n-nisa f’xogħol domestiku ma’ xi familja. Minħabba dan, is-sitwazzjoni li jinsabu fiha ġġiblek għajnejk wara widnejk. F’Bolivar hemm faxxa ta’ età li hija nieqsa kompletament. Għandek ittfal u għandek lanzjani; ittfal jgħixu mannanniet.   Il-proġett ‘Skola fuq l’Andes’ beda mill-kappillan ta’ Bolivar, Dun Emeterio Castaneda, li nduna li ħafna mit-tfal ma jmorrux liskola, kemm minħabba d-distanzi kbar u kemm minħabba li ħafna familji jkollhom jinqdew bit-tfal biex jaħdmu l’art. Dun Emeterio beda billi fetaħ skola żgħira fil-qalba tal-parroċċa, u beda jmur minn dar għall-oħra u b’kollox ġabar 80 tifel u tifla. Sab dar kbira, li ħadha b’kera u użaha bħala skola. In-numru tat-tfal malajr kiber. Biex jipperswadihom jibqgħu jiġu liskola, għax ta’ kuljum kellhom jimxu sigħat biex jaslu, beda jippreparalhom ikla sħuna kuljum. Bl’għajnuna tal‘Amu onlus’, li hija NGO, u tal-Konferenza Episkopali Taljana, bnew skola ġdida li semmewha San Francisco…

Let your friends know! Share this:

Is-Sena Ġużeppina

Papa Franġisku għażel din is-sena, mit 8 ta’ Diċembru 2020 sat 8 ta’ Diċembru 2021, bħala s-sena d-dedikata lil San Ġużepp, ir-raġel ta’ Marija u l’missier tad-dinja ta’ Ġesù Kristu. Din l’aħbar ħabtet mal 150 anniversarju tal-proklama ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali minn Papa Piju IX f’iddokument ‘Quemadmodum Deus’ tat 8 ta’ Diċembru 1870. Il-Knisja tfakkarna li fil-Ġenna għandna ħabib b’saħħtu, li għex u ħadem għal żmien twil f’iddell bħal tant u tant eroj li qatt ma jissemmew, li huwa kemm Patrun tal-Ħaddiema kif ukoll Patrun ta’ Mewta Sabiħa.   Il-Garigor ta’ San Ġużepp  Jingħad li fil-knisja tal-Madonna ta’ Loreto f’Santa Fe, fil-Messiku, jinsab taraġ tond u misterjuż, li jiġbed aktar minn kwart ta’ miljun viżitatur kull sena. Il-knisja ta’…

Let your friends know! Share this:

Is-Sena Ġużeppina

Papa Franġisku għażel din is-sena, mit8 ta’ Diċembru 2020 sat 8 ta’ Diċembru 2021, bħala s-sena d-dedikata lil San Ġużepp, ir-raġel ta’ Marija u l’missier tad-dinja ta’ Ġesù Kristu. Din l’aħbar ħabtet mal 150 anniversarju tal-proklama ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali minn Papa Piju IX f’iddokument ‘Quemadmodum Deus’ tat 8 ta’ Diċembru 1870. Il-Knisja tfakkarna li fil-Ġenna għandna ħabib b’saħħtu, li għex u ħadem għal żmien twil fiddell bħal tant u tant eroj li qatt ma jissemmew, li huwa kemm Patrun talĦaddiema kif ukoll Patrun ta’ Mewta Sabiħa.   Il-Garigor ta’ San Ġużepp  Jingħad li fil-knisja tal-Madonna ta’ Loreto f’Santa Fe, fil-Messiku, jinsab taraġ tond u misterjuż, li jiġbed aktar minn kwart ta’ miljun viżitatur kull sena. Il-knisja ta’ Loreto nbniet bejn is-sena 1873…

Let your friends know! Share this: