Missio Malta tħabbar Missio SummerFest, il-Maratona Televiżiva waqt il-Malta International Food Fest filwaqt li tniedi sfida ġdida biex jitfakkru l-mitt sena tal-Ġurnata Missjunarja Dinjija.
Missio Malta ħa tkun qed terġa tipparteċipa fil-Malta International Food Fest permezz tal-Missio SummerFest, bejn nhar l-Erbgħa 5 u l-Ħadd 9 ta’ Awwissu, fuq il-Fosos tal-Floriana. Waqt il-festival popolari, Missio Malta ħa terġa tkun qed tieħu ħsieb il-programm ta’ intratteniment kif ukoll informazzjoni dwar il-ħidma missjunarja li twettaq madwar id-dinja. Fil-jiem ta’ tmiem il-ġimgħa jkun imiss li Missio SummerFest tisskota fil-Maratona Televiżiva fuq l-istazzjonijiet kollha lokali, bejn is-6pm u nofs il-lejl.
Att żgħir isir azzjoni kbira
“Att żgħir ta’ ġenerożità jista’ jagħmel differenza enormi għal eluf ta’ familji madwar id-dinja. Id-donazzjoni ta’ kull min jagħti, flimkien mal-impenn kontinwu ta’ Missio Malta, issir riefnu ta’ bidla li ttejjeb il ħajja ta’ dawk li l-iktar jeħtieġu l-għajnuna,” qal Robert Farrugia, Kap tal-Komunikazzjoni u Ġbir ta’ Fondi ta’ Missio Malta. Il-ġbir waqt l-attivitajiet tal-Malta International Food Fest, se jsir sabiex jagħmel differenza fil-ħajjiet ta’ eluf ta’ familji li l-iktar għandhom bżonn l-għajnuna. Bħal Sunita, li flimkien mal-familja tagħha, sa ftit ilu kienet timxi kilometri sħaħ kuljum biex tikseb ilma tajjeb għax-xorb u għall użu ta’ kuljum. Illum, grazzi għall-ġenerożità tal-Maltin, inbena bir qrib il-komunità tagħha, li issa qed jipprovdi ilma nadif u sigur lill-familji kollha ta’ madwaru.
Hemm ukoll Sandhya u t-tliet uliedha, li sa ftit ilu kienu jgħixu f’kenn mibni bit-tajn u b’materjal ieħor misjub fit-triq, u li llum, permezz tal-istess ġenerożità u l-ħidma ta’ Missio Malta, għandhom dar umli imma xierqa u sigura fejn jgħixu bid-dinjità li ħaqqhom. Kif ukoll Maleda, tifla nieqsa mis-smigħ li fl-Etjopja kienet qed tħabbat wiċċha ma’ stigma kbira u diffikultà biex taċċedi għall-edukazzjoni, u li llum, bl-istess appoġġ, qed tikseb edukazzjoni apposta għaliha fil-Co-Action Deaf School, fejn qed tingħata ċ-ċans li tibni futur.
Sfida ta’ mixi
Hekk kif din is-sena Missio Malta qed tfakkar il-mitt sena mit-twaqqif tal-Ġurnata Missjunarja Dinjija, li se tkun iċċelebrata iktar tard din is-sena, Missio Malta qed tniedi sfida għall-pubbliku sabiex isir vjaġġ ta’ 100Km, fuq threadmills li ħa jkunu armati fil-Malta International Food Fest minn nhar l-Erbgħa 5 sal-Ħadd 9 ta’ Awwissu. Il-membri tal-pubbliku ħa jkunu mistiedna jimxu 100 metru, għal donazzjoni ta’ €5, biex flimkien jingħaqdu 100Km li jfakkru dan it-tragward sabiħ. Il-Malta International Food Fest ħadet l-impenn li għal kull ewro miġbur, ser tagħti donazzjoni ta’ ewro ieħor, li jmorru kollha b’riżq il-proġetti ta’ Missio Malta.
Maratona televiżiva
Bħalma sar fi snin mgħoddija, waqt l-istess Malta International Food Fest ħa jittella programm ta’ intratteniment u informazzjoni dwar il-ħidma missjunarja ta’ Missio Malta. Dan se jixxandar LIVE fuq TVM, NET, ONE u Xejk nhar is-Sibt 8 u l-Ħadd 9 ta’ Awwissu, bejn is-6.00 p.m. u nofsillejl. Matul ix-xandira, dawk kollha li jsegwu se jkollhom l-opportunità jaraw b’għajnejhom stess kif id-donazzjoni tagħhom hi saħħa qawwija li tibdel għall-aħjar il-ħajjiet ta’ nies bħal Sunita, Sandhya u Maleda.
Bl-għajnuna ta’ kulħadd, Missio Malta se tkun tista’ tkompli ssaħħaħ dawn il-komunitajiet u tilħaq iktar
nies li għandhom bżonn.
Ċempel 51802064 – donazzjoni ta’ €25
Ċempel 51902061 – donazzjoni ta’ €50
BOV Mobile Pay – 77236962
APS P2M – 77236962
SMS lil 50619294 – donazzjoni ta’ €11.65
Online fuq www.missio.org.mt/donate
Missio Malta announces Missio SummerFest, the Television Marathon during the Malta International Food Fest, while launching a new challenge to mark the hundredth anniversary of World Mission Sunday.
Missio Malta will once again be taking part in the Malta International Food Fest through its Missio SummerFest, between Wednesday 5 and Sunday 9 August, at the Floriana Granaries. During the popular festival, Missio Malta will once again be running the entertainment programme as well as providing information about the missionary work it carries out around the world. Over the weekend, Missio SummerFest will be hosting a Television Marathon, broadcast across all local stations, between 6pm and midnight.
A small act that becomes a great action
“A small act of generosity can make an enormous difference to thousands of families around the world. Every donation, combined with Missio Malta’s continued commitment, becomes a whirlwind of change that improves the lives of those most in need of help,” said Robert Farrugia, Head of Communications and Fundraising at Missio Malta.
Funds raised during the Malta International Food Fest activities will go towards making a difference in the lives of thousands of families who need help the most. Families like Sunita’s, who until recently used to walk kilometres every day, to get clean water for drinking and daily use. Today, thanks to the generosity of the Maltese, a borehole was built close to her community, now providing clean and safe water to all the families around it.
Then there’s Sandhya and her three children, who until recently lived in a shelter built of mud and other materials found on the street. Today, through that same generosity and Missio Malta’s work, they have a humble but decent and safe home to live in with the dignity they deserve. And Maleda, a deaf girl who in Ethiopia was facing significant stigma and difficulty accessing education. Today, with the same support, she is receiving an education tailored to her needs at the Co-Action Deaf School, where she is being given the chance to build a future.
Walking challenge
As Missio Malta marks the hundredth anniversary of the founding of World Mission Sunday, to be celebrated later in the year, Missio Malta is launching a challenge to the public to complete a 100km journey, on treadmills that will be set up at the Malta International Food Fest from Wednesday 5 to Sunday 9 August. Members of the public will be invited to walk 100 metres for a donation of €5, so that together they can add up to the 100km marking this beautiful milestone. The Malta International Food Fest has pledged that for every euro raised, it will match it with a further euro donation, all of which will go towards Missio Malta’s projects.
Television marathon
As in previous years, the same Malta International Food Fest will host an entertainment and information programme about Missio Malta’s missionary work. This will be broadcast LIVE on TVM, NET, ONE and Xejk on Saturday 8 and Sunday 9 August, between 6.00pm and midnight. Throughout the broadcast, everyone watching will have the opportunity to see for themselves how their donation is a powerful force that changes for the better the lives of people like Sunita, Sandhya and Maleda. With everyone’s help, Missio Malta will be able to continue supporting these communities and reach even more people in need.
Call 51802064 – donation of €25
Call 51902061 – donation of €50
BOV Mobile Pay – 77236962
APS P2M – 77236962
SMS to 50619294 – donation of €11.65
Online at www.missio.org.mt/donate













