Missio Malta grata lejn B&B Construction Ltd

Missio Malta hija grata lejn il-kumpanija ewlenija B&B Construction Ltd li tati sostenn lill-ħidma missjunarja ta’ Missio Malta, u hija ta’ spalla għal numru sabiħ ta’ proġetti umanitarji f’bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw.

“B&B Construction Ltd hija ta’ għajnuna kbira biex Missio Malta qed tlaħħaq il-miri tagħha fi proġett kemm infrastrutturali kif oħrajn ma’ komunitajiet fil-bżonn,” spjega il-Kap tal-Komunikazzjoni u Ġbir ta’ Fondi ta’ Missio Malta, Robert Farrugia.

“L-assistenza ta’ B&B Construction lejn Missio Malta tixhed kemm din tagħmel l-almu tagħha biex tkun kumpanija differenti, u li tpoġġi l-valuri sbieħ tagħha bħala prijorità,” innota Robert Farrugia.

L-impenn ta’ B&B Construction Ltd lejn operat iktar responsabbli joħroġ ukoll mill-investimenti li twettaq il-kumpanija lejn is-sostenibbilità u r-rispett ambjentali. Filfatt il-kumpanija reċentement wettqet investiment f’Concrete Mixer ġdid li jaħdem kompletament bl-elettriku.

L-Energya E9 All Electric Concrete Mixer jaħdem eżattamanet bħal kull mixer ieħor li juża d-diesel, u jipproduċi l-istess kwalità ta’ xogħol, però jagħmel dan b’mod ħafna iktar effiċjenti, filwaqt li jirrispetta l-ambjent.

“B&B Construction għal darb’oħra qed terġa tqiegħed fuq quddiem il-valur tas-sostenibilità u r-responsabbilità ambjentali fil-ħidma tagħha, filwaqt li tiżgura servizz eċċellenti lill-klijenti tagħha,” sostna l-Inġ Etienne Bartolo, Kap Eżekuttiv ta’ B&B Construction Ltd.

Let your friends know! Share this: