‘IL QUDDIEM BIT-TAMA

Din is-sena, il-Maratona ta’ ġbir ta’ fondi ta’ Missio Malta se ssir nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu bejn il-11 ta’ filgħodu u l-11 ta’ bil-lejl! 12-il siegħa trasmissjoni fuq l-istazzjonijiet tat-TV kollha lokali, biex inwasslulkom l-aħħar aħbarjiet dwar il-ħidma ta’ Missio Malta, madwar id-dinja kollha!

Proġetti ta’ edukazzjoni għat-tfal, proġetti ta’ kostruzzjoni ta’ djar, proġetti ta’ bini ta’ sptarijiet u aċċess għall-kura medika, proġetti agrikoli, u aċċess għall-ilma nadif kif ukoll għajnuna diretta għal żgħażagħ li jħossu vokazzjoni reliġjuża.

Missio Malta ħadmet fuq xejn inqas minn 133 proġett madwar id-dinja. 75 minn dawn saru fi 13-il pajjiż tal-Afrika, ħamsa fi tliet pajjiżi fl-Amerika t’Isfel u 52 mifruxa f’10 pajjiżi fl-Ażja. Permezz ta’ din il-ħidma konkreta qed nagħtu tama konkreta lil eluf ta’ tfal u komunitajiet sħaħ li għalihom Missio Malta hija l-uniku xaqq dawl f’ħajjithom.

Ingħaqad magħna nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu, jew appoġġjana fuq https://missio.org.mt/donate u kun parti minn din il-festa ta’ solidarjetà, sabiex ningħaqdu bħala familja waħda kbira li għandha għal qalbha dawk l-iktar li għandhom bżonn.

_________________________________________________________________________________________

FORWARD WITH HOPE

This year, the Missio Malta fundraising marathon will take place on Saturday 14 March from 11:00 a.m. to 11:00 p.m. Twelve hours of broadcasting on all local TV stations will bring you the latest news about the work of Missio Malta across the world.

Projects that include education for children, home-building projects, construction of hospitals and access to medical care, agricultural projects, access to clean water, as well as direct support for young people who want to pursue a religious vocation.

Missio Malta supported 133 projects worldwide: 75 projects across 13 countries in Africa, 5 projects in 3 countries in South America, and 52 projects across 10 countries in Asia. Through this concrete work, we are bringing real hope to thousands of children and entire communities for whom Missio Malta is the only ray of light in their lives.

Join us on Saturday 14 March, or donate on https://missio.org.mt/donate and be part of this celebration of solidarity, as we come together as one big family that cares for those most in need.

Let your friends know! Share this: