Eight New Classrooms in Tanzania Thanks to Missio Malta and APS Bank

Missio Malta and APS Bank are collaborating to build eight new classrooms at St. Thomas Aquinas Seminary in Arusha, Tanzania. These classrooms will provide students from underprivileged communities with access to education and the opportunity to develop their skills and improve their future.

“Education remains a central pillar in personal development, and for this reason, Missio Malta is pleased that, with the support of APS Bank, it can carry out meaningful projects in this field across the world,” says Robert Farrugia, Head of Communications and Fundraising at Missio Malta.

“We are pleased to see this project now moving into the next phase, which involves the completion of these eight classrooms. The local community had already started the construction of the project, however unfortunately, despite their best efforts, they were unable to secure full funding. With the generous support of APS Bank, Missio Malta will now help ensure the project is completed.”

“These classrooms will allow students to receive their education in properly structured groups of students instead of mixed-age groups, enabling them to benefit from better quality education,” added Robert Farrugia.

The support provided by APS Bank is part of the Bank’s Corporate Social Responsibility (CSR) programme. In fact, APS Bank contributes generously to a variety of projects in the fields of arts, life-long education, and sustainability. This is done through an annual public call for applications, open to those who wish to benefit from the initiative.

Tmien klassijiet ġodda fit-Tanżanija grazzi għal Missio Malta u l-Bank APS

Missio Malta u l-Bank APS qed jikkollaboraw bl-għan li jinbnew tmien klassijiet ġodda ġewwa s-Seminarju San Tumas t’Aquino f’Arusha fit-Tanżanija. Dawn il-klassijiet ħa jkunu qed jilqgħu fihom studenti minn komunitajiet fil-bżonn sabiex jirċievu edukazzjoni, u l-opportunità li jtejbu l-ħiliet u l-futur tagħhom.

“L-edukazzjoni tibqa’ pilastru ċentrali għall-iżvilupp tal-persuni, u għalhekk Missio Malta hija sodisfatta li permezz tal-għajnuna ta’ APS Bank tista’ twettaq proġetti sbieħ f’dan il-qasam madwar id-dinja,” qal Robert Farrugia, Kap tal-Komunikazzjoni u l-Ġbir ta’ Fondi ta’ Missio Malta.

“B’sodisfazzjon ninnutaw kif dan il-proġett issa jista’ jidħol fil-fażi li jmiss, li hija t-tkomplija tal-bini ta’ dawn it-tmien klassijiet. In-nies tal-lokal kien diġà bdew jibnu dan il-proġett, però, sfortunatament minkejja l-isforzi tagħhom ma waslux biex jiffinanzjawh kollu. Għalhekk Missio Malta permezz tal-għajnuna ġeneruża tal-Bank APS ser tkun qed tgħin biex il-proġett jitlesta.”

“Il-klassijiet issa ser jippermettu li l-istudenti ma jibqgħux jirċievu l-edukazzjoni tagħhom fi klassijiet imħallta b’etajiet differenti, u b’hekk it-tfal ħa jkunu jistgħu igawdu minn livell ta’ edukazzjoni aqwa,” temm jgħid Ribert Farrugia.

Kumment mingħand APS Bank

Is-sostenn provdut mill-Bank APS jifforma parti mill-programm għar-Responsabbilita Soċjali u Korporattiva (CSR) tal-Bank. Filfatt il-Bank APS jikkontribwixxi b’mod ġeneruż għal numru ta’ proġetti fl-oqsma tal-arti, l-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja u s-sostenibbilità. Dan isir permezz ta’ sejħa pubblika li tkun miftuħa annwalment għal kulmin jixtieq jibbenefika.

Let your friends know! Share this: