Il-quddiem bit-tama

Sunita għandha biss 11-il sena, iżda diġa ġġorr responsabbilita ferm ikbar minnha. Wara li tilfet lil ommha, hi bdiet tieħu ħsieb il-ħames ħutha iżgħar waqt li missierha jaħdem lejl u nhar biex jipprovdi dak li jista.

Il-ħajja tagħhom tiddependi fuq ilma maħmuġ mix-xmara tal-viċin, ilma li mhux biss hu diffiċli biex jinkiseb, imma qed iġib mard u tbatija, speċjalment lit-tfal. Minkejja dan kollu, Sunita m’ għandhiex għażla oħra, minn dan l-ilma trid tixrob, issajjar u tgħix. Missio Malta qed jaħdem biex ibiddel din ir-realtà billi jipprovdi ilma nadif u sigur lill-komunità tagħha. Ilma li jfisser saħħa aħjar, dinjità u tama għal futur aħjar.

Għinna nagħtu futur aħjar lit-tfal bħal Sunita, waqt il-maratona ta’ Missio nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu 2026.

Int tista’ tgħinna!

BOV mobile u myAPS – 77236962

👉Ċempel – 51802064 – €25

👉Ċempel – 51902061 – €50

www.missio.org.mt/donate

L-organizzazzjoni tal-karità uffiċjali tal-Papa f’idejk!

Let your friends know! Share this: