It-tgħarif dwar id-diversità jqarribna lejn xulxin
Waqt attività mtellgħa minn Missio Malta fl-iskola San Andrea, tfal ta’ etajiet differenti setgħu jitgħalmu dwar il-valur tad-diversità, u l-importanza li napprezzaw lil xulxin. L-attività ġiet organizzata fl-Okkażjoni tal-Jum Dinji għad-Diversità Kulturali, id-Djalogu u l-Iżvilupp, bħala parti minn programm kontinwu ta’ attivitajiet simili li Missio Malta tħejji biex ixxerred tgħarif dwar il-ħidma tagħha fil-missjoni.
Robert Farrugia, Kapt tal-Komunikazzjoni u Ġbir ta’ Fondi ta’ Missio Malta qal li dan il-programm ta’ attivitajiet huwa ċentrali għall-ħidma ta’ Missio għax iwassal il-ħafna xogħol li jagħmlu l-voluntiera ta’ Missio madwar id-dinja, għand student żgħażagħ u jispirahom jitħajru jkompli f’din it-triq.
“Permezz ta’ bosta inizzjattivi differenti, li jinvolvu l-apprezzament tal-kultura, l-arti, l-ikel, u l-logħob, ftaħna s-separju fuq dinja kbira u sabiħa li topera fiha Missio Malta fi tliet kontinenti differenti. Filfatt l-istudenti tagħna setgħu jitgħalmu dwar l-użanzi u l-ġmiel tal-kulturi differenti fl-Afrika, l-Ażja u l-Amerika t’Isfel, permezz ta’ logħob u informazzjoni interessanti mħejjija apposta għalihom.”
Nancy Camilleri, l-kordinatur tal-proġett kompliet li dan l-outreach iwassal biex l-istudenti japprezzaw iktar lil xulxin. “F’dinja globalizzata, importanti li nitgħalmu iktar dwar xulxin u mingħand xulxin, sabiex napprezzaw dak li jagħmilna differenti imma iktar interessanti ukoll. Aħna kollha differenti u għandna ħafna sabiħ li tajjeb li napprezzaw f’xulxin, b’hekk inkunu nistgħu nifhmu lil xulxin,” tenniet Nancy.
L-attività fl-iskola San Andrea kienet biss l-aħħar waħda f’sensiela ta’ attivitajiet bit-tema tad-diversità li Missio Malta torganizza matul is-sena fi skejjel madwar Malta u Għawdex.
Dawn l-attivitajiet jinkludu wirjiet informattivi dwar il-kultura tal-postijiet fejn topera Missio, logħob interattiv li jħeġġeġ lit-tfal jitgħalmu dwar użanzi ta’ dawn il-postijiet kif ukoll tagħrif dwar ikel u kostumi.
Knowledge about diversity brings us closer together
During an activity organised by Missio Malta at San Andrea School, children of different ages had the opportunity to learn about the value of diversity and the importance of appreciating one another. The activity marked the World Day for Cultural Diversity for Dialogue and Development, as part of a continuous programme of similar events that Missio Malta prepares to raise awareness about its missionary work.
Robert Farrugia, Head of Communications and Fundraising at Missio Malta, said that this programme of activities is central to Missio’s mission, as it brings the extensive work done by Missio volunteers around the world to young students and inspires them to continue along this path.
“Through various initiatives involving the appreciation of culture, art, food, and games, we lifted the curtain onto a wide and beautiful world in which Missio Malta operates across three different continents. In fact, our students were able to learn about the customs and beauty of different cultures in Africa, Asia, and South America, through games and interesting information prepared especially for them.”
Nancy Camilleri, the project coordinator, added that this outreach helps students appreciate one another more. “In a globalised world, it is important to learn more about each other and from each other, so that we can appreciate what makes us different but also more interesting. We are all different, and there is much beauty in each of us that is worth appreciating, and that helps us understand one another,” Nancy emphasised.
The activity at San Andrea School was just the latest in a series of diversity-themed events that Missio Malta organises throughout the year in schools across Malta and Gozo.
These activities include informative exhibitions about the culture of the places where Missio operates, interactive games that encourage children to learn about local customs, as well as information about food and customs.


