Jiltaqgħu l-missjunarji preżenti Malta

Jiltaqgħu l-missjunarji preżenti Malta

Nhar is-Sibt 14 ta’ Frar, Missio Malta laqqgħet lill-missjunarji kollha bbażati Malta f’laqgħa ta’ għarfien, komunjoni u talb. Il-laqgħa saret ġewwa d-Dar tal-Provvidenza s-Siġġiewi, u kienet l-ewwel attività ta’ Missio Malta għal din is-sena li qed timmarka il-100 sena tal-Jum Missjunarju li ħa jkun iċċelebrat f’Ottubru li ġej.


Waqt il-ħsieb tiegħu tal-okkażjoni, Fr Victor Agius, Direttur ta’ Missio Malta għamel referenza għallmessaġġ tal-Papa Ljun XIV, ispirat minn kliem Ġesù fl-aħħar ċena, “M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina” (Ġw 17:20). Huwa qal li permezz ta’ din it-talba lill-Missier, Ġesù spjega n-natura ta’ Alla fit-Trinità, li huwa Alla ta’ relazzjonijiet. “Kif Alla ħalaqna fi xbieha tiegħu, għalhekk aħna wkoll għandna dan il-mandat li jkollna relazzjoni ma’ Alla permezz tar-relazzjonijiet ta’ bejnietna, u b’hekk l-Ispirtu s-Santu jaħdem fina u permezz tagħna,” spjega Fr Victor. “Dawn ir-relazzjonijiet jissarfu fl-ikbar saħħa tagħhom meta nidħlu għal dawk l-iktar li għandhom bżonn, meta naħdmu mal-komunitajiet vulnerabbli u nagħtu t-tama lil dawk li mgħandhomx,” kompla d-Direttur ta’ Missio Malta.

Il-Laqgħa, l-ewwel waħda minn tnejn tax-xorti tagħha għal din is-sena, kienet waħda ta’ komunjoni u għaliha attendew missjunarji bbażati Malta minn madwar id-dinja kollha. Fil-maġġoranza tagħhom dawn huma attivi f’komunitajiet reliġjużi preżenti Malta, u jwettqu ħidma mal-anzjani, tfal u xogħol komunitarju ieħor. “Din il-laqgħa saret popolari ħafna mal-komunità missjunarja preżenti f’pajjiżna għax permezz tagħha, dawn ir-reliġjużi u lajċi jkollhom l-opportunità li jiltaqgħu, isiru jafu lil xulxin, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, u jġeddu l-memorji ta’ arthom mal-konazzjonali tagħhom,” qal Robert Farrugia, Kap tal-Komunikazzjoni u Ġbir ta’ Fondi ta’ Missio Malta. “Huwa mument fejn il-missjunarji ġejjin minn artijiet imbiegħda u aħna li aħna attivi f’bosta postijiet madwar id-dinja nistgħu nesprimu solidarjetà, valuri ta’ komunjoni u għaqda bejnietna,” ikkonkluda Robert.

__________________________________________________________________________________________________________________________________________

Missio Malta brought together all Malta-based missionaries for a meeting of formation, communion and prayer, on Saturday 14 February. The gathering was held at Dar tal-Providenza in Siġġiewi and marked Missio Malta’s first activity of the year, which commemorates the 100th anniversary of International World Mission Day to be celebrated this October.

In an address for the occasion, Fr Victor Agius, Director of Missio Malta, referred to the message of Pope Leo XIV, inspired by Jesus’ words at the Last Supper: “I pray not only for these, but also for those who will believe in me through their word; that they may all be one. As you, Father, are in me and I in you, may they also be one in us” (Jn 17:20). He explained that through this prayer to the Father, Jesus revealed the nature of God in the Trinity, a God of relationships. “Since God created us in His image, we too carry this mandate to be in relationship with God through our relationships with one another, allowing the Holy Spirit to work in us and through us,” Fr Victor said. “These relationships reach their greatest strength when we reach out to those most in need, when we work with vulnerable communities and offer hope to those who have none,” the Director of Missio Malta continued.

The meeting, the first of two of its kind planned for this year, was one of communion and was attended by missionaries based in Malta from various parts of the world. Most are active within religious communities present in Malta and carry out work with the elderly, children and other forms of community outreach. “This meeting has become very popular with the missionary community present in our country because it offers these religious and lay missionaries the opportunity to meet, get to know one another, share their experiences, and reconnect with memories of their homeland alongside their
compatriots,” said Robert Farrugia, Head of Communications and Fundraising at Missio Malta. “It is a moment in which missionaries coming from distant lands, and we who are active in many parts of the world, can express solidarity and the values of communion and unity among us,” Robert concluded.

Let your friends know! Share this: