Il‑Fidi Missjunarja

Malta Missjunarja Settembru – Messaġġ mid‑Direttur – Dun Valent Borg

Ġesù, qabel tela’ s‑sema, amar lill‑appostli: “Morru fid‑dinja kollha xandru l‑bxara t‑tajba lill‑ħolqien kollu.” (Mk. 16:15) Ġesù, bil‑misteru tal‑Għid, wettaq il‑pjan tas‑salvazzjoni mħejji mill‑Missier qabel kull żmien. Dan il‑pjan ma kienx biss għall‑poplu magħzul, iżda għall‑bnedmin kollha ta’ kull post, żmien, kultura u lsien. Ġesù, li miet, irxoxta u tela’ fuq in‑naħa tal‑lemin tal‑Missier, sar is‑Salvatur waħdieni tal‑bnedmin kollha. San Pietru b’kuraġġ kbir stqarr dan quddiem is‑saċerdoti kbar, ix‑xjuħ u l‑kapijiet tal‑poplu: “F’ħadd bix‑xandir tal‑kelma u kemm bix‑xhieda ta’ ħajjithom. Il‑fidi tal‑appostli kienet fidi missjunarja, fis‑sens li għenithom joħorġu minnhom infushom, u jmorru fil‑pjazez u fl‑ibliet li qatt ma ħolmu li jmorru.

Illum, nistgħu nxebbhu l‑fidi tagħna ma’ dik tal‑appostli, jiġifieri, hija fidi missjunarja? Dan ma jfissirx li wieħed irid iħalli lil artu u jmur f’pajjiż imbiegħed biex ixandar lil Kristu. Fidi missjunarja tfisser li wieħed irid jitgħallem kuljum imut għalih innifsu biex joħrog mill‑fosdqa tiegħu ħalli jkun ta’ servizz lejn l‑oħrajn. L‑Ispirtu s‑Santu jaf jinqeda b’din ix‑xhieda biex jiġbed aktar bnedmin lejn il‑Mulej Ġesù. Aħjar wieħed ma jgħidx li hu Nisrani milli jistqarr u jiftaħar li hu Nisrani bla ma jkun. Wieħed ikun strument tajjeb f’idejn il‑Mulej daqskemm il‑kelma tiegħu ħliefu m’hemm salvazzjoni għax imkien taħt is‑sema m’hemm isem ieħor mogħti lill‑bnedmnin li bih aħna għandna nkunu salvi.” (Atti 4:12) L‑appostli mill‑ewwel fehmu li d‑don tal‑fidi li l‑Mulej tahom, ma kienx għalihom infushom biss, biex jieħdu gost waħedhom u daqshekk. Il‑Mulej tahom dan id‑don biex jaqsmuh u jxerrduh ma’ kulħadd. L‑istess ktieb tal‑Atti tal‑Appostli jgħidilna li: “Il‑kelma t’Alla kienet tinxtered dejjem aktar; l‑għadd tad‑dixxipli kien jiżdied ħafna.” (6:7) L‑appostli kienu jagħmlu dan kemm tkun imsaħħa bix‑xhieda ta’ ħajtu. San Pietru jgħallimna li: “Alla jiqfilhom lill‑kburin, imma lill‑umli jagħtihom il‑grazzja.” (1Pt. 5:5) Spiss nistaqsi lili nnifsi: “Għaliex minkejja tant laqgħat, irtiri, festi, eċċ…, il‑fidi tagħna tidher flok tikber qiegħda tnin? Mill‑mod kif nitkellem fuq l‑oħrajn, mill‑mod kif inġib ruħi mal‑oħrajn, speċjalment fil‑familja, fuq ix‑xogħol u kull fejn inkun, qiegħed inġib ruħi b’mod li min jarani jistaqsi għaliex qiegħed inġib ruħi b’mod għal kollox differenti minn dak li hu ħabib tad‑dinja?” Darba wieħed staqsieni x’għandu jgħid lil sħabu li tilfu l‑fidi biex jikkonvinċihom jerġgħu lura. Jiena weġibtu: “Xejn. Tgħidilhom xejn, imma fl‑istess waqt ġib ruħek ta’ Nisrani tassew.” Il‑bnedmin tal‑lum xebgħu jisimgħu; iridu jaraw biex jemmnu. Papa Pawlu VI fl‑eżortazzjoni appostolika ‘Evangelii Nuntiandi’ jgħallimna li: “Il‑bniedem modern jisma’ iżjed bil‑qalb lix‑xhieda milli lill‑għalliema, u jekk jisma’ lill‑għalliema, dan jagħmluh għaliex huma xhieda.” (Nru. 41)

Nagħmlu kuraġġ. Minkejja li aħna lkoll dgħajfa, Alla huwa magħna biex iqawwina u jgħinna ħalli permezz tagħna jirbaħ lill‑bnedmin kollha. “U ara, jiena magħkom dejjem sal‑aħħar taż‑żmien.” (Mt. 28:20)

Missio Malta Director – Dun Valentino Borg

It‑Tlugħ ta’ Kristu fis‑Sema’ (1304‑1306) ta’ Giotto.

Let your friends know! Share this: