Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Iżra fjura, iżra mħabba

17 May 2023 @ 10:00 am 6:00 pm

Iżra fjura, iżra mħabba 

Missio Malta ser tiħu sehem fl-attività annwali, Valletta Green Festival li ser issir f’Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta bejn it-2 u 7 ta’ Mejju.  

Min iżur l-attività li tippromwovi ħajja iktar qrib tan-natura, ser ikun jista jżur l-istand ta’ Missio fejn għal donazzjoni jingħata żerriegħa tal-warda tax-xemx.  

“Din il-fjura tipika tal-Mediterran magħrufa għall-kulur isfar jgħajjat tagħha, dejjem iddur tħares lejn ix-xemx. Bl-istess mod, kuljum Missio permezz tal-ħidma tagħha tgħin elf ta’ persuni f’pajjiżi mbgħeda tal-Afrika, l-Asja u l-Amerika t’Isfel, sabiex ikunu jistgħu huma ukoll iħarsu lejn id-dawl, u jittamaw f’ġejjieni aħjar,” qal Robert Farrugia, Il-Kap tal-Komunikazzjoni u l-Ġbir ta’ Fondi ta’ Missio Malta. 

Il-flus miġbura minn din l-attività ser imorru b’rizq proġett ta’ razzett agrikolu fit-Tanzanija, li ser jgħin fil-ġenerazzjoni tal-ikel għal numru ta’ familji. 

L-attività Valletta Green Festival hija mtella mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta. 

 “Sow a flower, sow love”

Missio Malta is participating in this year’s edition of the Valletta Green Festival which is taking place at St George’s Square, Valletta, between the 2nd and 7th May.

Visitors of the event that promotes a lifestyle closer to nature, will be able to visit the Missio stand, where they will be given sunflower seeds, for a donation.

“This typically Mediterranean flower is renowned for its bright yellow colour and is known to prefer to face the sun. In the same way, through its work, Missio helps thousands of people in faraway countries in Africa, Asia and Latin America on a daily basis, so they too can turn to face the light, and hope for a better future,” said Robert Farrugia, Head of Communications and Fund Raising, Missio Malta.

Collected funds will go in favour of an agricultural project in Tanzania, which is expected to help in the generation of food for a number of families.

The Valletta Green Festival is organised by the Valletta Cultural Agency.

Free
Let your friends know! Share this: