PROGRAMMI GĦAT-TFAL FUQ RADJU MARIJA
Matul is-sajf MissioTfal ser ikun qed itella’ żewġ programmi għat-tfal fuq Radju Marija li jixxandru kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’ Ġimgħa fit-3:30pm. Programmi ppreparati u prodotti minn Claudia Cini u Nancy Camilleri bl-għajnuna ta’ diversi tfal mistiedna. F’dawn il-programmi jixxandru intervisti ma’ persuni li jaħdmu mill-qrib mat-tfal, u stejjer u informazzjoni mill-artijiet tal-missjoni. Dan kollu joħloq għarfien dwar kif jgħixu tfal oħra fid-dinja bid-diffikultajiet kollha li ta’ kuljum ikollhom iħabbtu wiċċhom magħhom, kif ukoll tagħrif dwar kulturi differenti minn madwar id-dinja kollha. Ma jonqosx ukoll li jkollna intervista ma’ annimal popolari u kompetizzjonijiet bi premju. It-tfal kollha huma mistiedna jisimgħuna u jieħdu sehem fil-kompetizzjoni sabiex jirbħu rigal sabiħ.
Inħeġġukom għalhekk tingħaqdu magħna għal dawn iż-żewġ programmi fuq Radju Marija. Għal aktar informazzjoni tistgħu ssegwu l-websajt u l-paġni ta’ Facebook sew ta’ Radju Marija kif ukoll ta’ Missio Malta.