Loading Events

« All Events

Mission Sunday 2021

24 October 2021 @ 8:00 am 5:00 pm

Arrupe Centre – Cambodia

Many wars took place in Cambodia during the 1970s and 1980s. Millions of landmines were laid during these wars; underground bombs that explode as you step on them. Today, decades after the war, there is peace in Cambodia, but up to ten million landmines remain hidden. 

This is Dara from Cambodia. A few years ago, while he was with his grandfather in the fields, Dara finds something and picks it up. It was a landmine and exploded in his hand. Dara survives, but ends up disabled. He loses the palm of his hand and part of his eye sight. Due to the accident, Dara could no longer live with his parents, as they are too poor to care for and educate him, so that he can live with his disability. Today, Dara lives in Arrupe Centre, one of the centres that Missio helps with the donation you are giving. At this centre, Dara and other children like him are given help, education and training to succeed in life. 

Thanks to Missio, Dara is given another chance. 

And thank you because Missio is You. 

You can continue to help out this project by clicking the Donate button below.

Arrupe Centre fil-Kambodja

Fil-Kambodja tul is-Snin 70 u 80 seħħew ħafna gwerer.  Tul dawn il-gwerer tpoġġew miljuni ta’ landmines; bombi moħbija taħt l-art li kif tirfishom jisplodu. llum, għexirien ta’ snin wara l-gwerra, fil-Kambodja hemm il-paċi, iżda baqa’ sa għaxar miljun landmine moħbija. 

Dan Dara mill-Kambodja. Ftit tas-snin ilu, waqt li kien man-nannu l-għalqa, Dara jsib xi ħaġa u jiġborha. Kienet landmine u splodiet f’idu. Dara jsalva, iżda jispiċċa b’diżabiltà. Jitlef il-pala t’idu u parti mid-dawl t’għajnejh. Minħabba fl-inċident, Dara ma setax jibqa’ jgħix mal-ġenituri tiegħu, għax huma fqar wisq biex ituh il-kura u jedukawh, biex ikun jista’ jgħix bid-diżabilità tiegħu. llum, Dara jgħix f’Arrupe Centre, wieħed miċ-ċentri li Missio jgħin permezz tad-donazzjoni li int qed tagħti. 

F’dan iċ-ċentru, Dara u tfal oħra bħalu, jingħataw l-għajnuna, edukazzjoni u taħriġ biex minkejja kollox jirnexxu fil-ħajja. 

Grazzi għal Missio, Dara qed jingħata ċans ieħor.  

U grazzi lilek għax fl-aħħar mill-aħħar Il-Missio Int. 

Inti tista tkompli tghin dan il-progett billi tagħfas il-buttuna hawn isfel.

#MISSIOISYOU

#MISSIOINT