Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ġurnata Missjunarja Dinjija hija okkażjoni biex mill-ġdid nisħqu fuq it-talb, ir-riflessjoni u l-għajnuna materjali tagħna sabiex ikunu opportunità ħalli nieħdu sehem attiv fil-missjoni ta’ Ġesù fil-Knisja tiegħu.
L-għan tal-ġbir li jsir waqt iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tat-Tielet Ħadd t’Ottubru, u li permezz tiegħu nuru l-imħabba tagħna, huwa li jsostni l-ħidma missjunarja li ssir f’isem il-Papa mill-Opri Missjunarji Pontifiċji (Missio) sabiex tingħata l-għajnuna spiritwali u materjali lill-popli u lill-knejjes fid-dinja kollha, għas-salvazzjoni ta’ kulhadd.
Papa Franġisku għoġbu jagħżel it-tema: “Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.” Atti 4:20
Dan huwa l-appell annwali tal-Knisja Kattolika madwar id-dinja kollha,
li fil-gżejjer Maltin hija rappreżentata minn Missio
Malta, għall-Ġurnata Missjunarja 2021, li din is-sena ser taħbat nhar il-Ħadd 24 t’Ottubru
l’Artiklu meħud minn Malta Missjunarja. Tista taqrah mil link ta’ hawn: Malta Missjunarja Ġunju