Hope MissioFest

Klinika ta’ Saħħa fil Malawi

It – tarbija kienet mitluqa f ’dirgħajn ommha hekk kif Bernard, tabib fil‐Klinika tas‐Saħħa ta’ Lisanjala, raħal rurali fil‐Malawi, kien qed jeżamina liċ‐ċkejkna Kara. B’xorti tajba, dakinhar il‐klinika kellha ħażna ta’ mediċina tal‐malarja sabiex tgħin fil‐kura tal‐kundizzjoni tat‐tarbija, iżda dan mhux dejjem ikun il‐każ. 

Immexxija minn Sor Nilcéia, il‐klinika tipprovdi kura tas‐saħħa lill‐mijiet ta’ familji fiż‐żona rurali ta’ Lisanjala. Kwistjonijiet tas‐saħħa bħall‐malarja u l‐malnutrizzjoni konsistentement jippersegwitaw lill‐komunità. Sor Nilcéia tgħid li huwa diffiċli biex temmen, imma ħafna nies li jgħixu f ’dak ir‐raħal ma jistgħux jaħsbu aktar fil‐bogħod mill‐ikla li jkun imiss! Xi drabi din l‐ikla tkun tikkonsisti biss f ’weraq, ħaxix, qxur jew għeruq, li jagħmluhom morda ħafna. 

Tfal bħal Kara jiddependu fuq il‐medikazzjoni u l‐kura pprovduti minn Sor Nilcéia u t‐tim tagħha, iżda jiddependu wkoll fuq il‐tjubija u l‐ġenerożità ta’ diversi benefatturi sabiex jiżguraw li jistgħu jkomplu dan ix‐xogħol li jsalva l‐ħajjiet. Il‐ġenerożità tal‐benefatturi tagħmel impatt mhux biss fuq dawk fil‐bżonn, iżda tgħin ukoll sabiex tinkoraġġixxi lill‐missjunarji li jaħdmu bla heda biex jaqdu l‐komunitajiet tagħhom 

Artiklu meħud minn Malta Missjunarja

Int tista tgħin. Grazzi ta donazzjoni tiegħek!

Leave a Reply

Your email address will not be published.