Dun Karm Portelli
Minn dak li għandi ser nagħtik!
Fl‑Atti tal‑Appostli nsibu li l‑kotra l‑kbira ta’ dawk li emmnu kienu qalb waħda u ruħ waħda. Atti 4:32
Papa Benedittu f’wieħed mill‑mesaġġi għall‑Ġurnata Missjunarja jħeġġiġna li hemm bżonn ikollna l‑istess ħeġġa li kellhom l‑ewwel Insara. Għalkemm kienu ftit bħala numru, kienu kapaċi jxandru l‑messaġġ ta’ Kristu bix‑xhieda ta’ ħajjithom. F’dan iż‑żmien ta’ pandemija, iktar minn qatt qabel, irridu ngħixu bil‑fatti l‑fidi li aħna nistqarru. Hemm bżonn ta’ solidarjetà mal‑fqir fost il‑fqar.
Il‑fidi ma nistgħux inżommuha għalina biss.
Il‑fidi hija rigal li ġie mogħti lilna biex naqsmuh mal‑oħrajn.
Il‑fidi hija dawl li m’għandux jibqa’ moħbi, iżda dawl biex idawwal kullimkien.
Il‑fidi għandha tissarraf f’opri ta’ ħniena u mħabba.
“Fidda u deheb m’għandix, imma minn dak li għandi ser nagħtik.” Atti 3:8
Minn dak li Alla pprovdielna:
• ngħinu lill‑proxxmu fil‑bżonn
• ngħinu lill‑foqra jgħixu ħajja aħjar
• infejqu tant tfal morda
• nagħtu appoġġ lil ħafna missjunarji u lajċi impenjati fil‑missjoni biex jedukaw lill-komunitajiet tagħhom
• nitolbu biex il‑Mulej ibierek il‑ħidma missjunarja mxerrda mad‑dinja kollha
“Minn dak li għandi ser nagħtik.” San Pietru