Egħżież,
F’dawn il-jiem aħna nawguraw il-festi tajba u nagħtu rigali lil xulxin b’sens ta’ rispett u gratitudni. Imma x’inhu l-bidu ta’ dan kollu? Bla dubju ta’ xejn aħna nafu dan kollu lil Alla li tant ħabbna li tana lil Ibnu l-waħdini għas -salvazzjoni tagħna lkoll. Fil-quddiesa tal-Milied ċelebrata f’nofs il -lejl nisimgħu l-profeta Isaija jħabbrilna
“il-poplu li kien miexi fid-dlam ra dawl kbir, in nies li jogħqodu f’art id-dlam, dawl kbir idda fuqhom”. (IS 9:2-3).
Iva, Ġesu bil-migja tiegħu fostna, rebaħ id-dlam tad – dnub, tas – supervja u l-egoiżmu tagħna u dawwalna bid-dawl ta’ l-imħabba t’ Alla. Dak li deher impossibli f’għajnejna, Alla għamlu possibli, billi
“l-Verb ħa l-ġisem u għammar fostna” (GW 1:14)
Dan hu l-awguri li nixtieq lilkom u lill-għeziez kollha tagħkom li nifthu qalbna għall-Mulej li ġie biex jiltaqa’ magħna u li xandru din l-aħbar ma’ kulħadd speċjalment ma’ dawk kollha li għaddejjin minn żmien difficli.
Nieħu ukoll din l-okkazzjoni biex nawgurawlkom ilkoll sena mseddqa bil-barka tal – Mulej Ġesu.
Messaġġ mid-direttur – Mons. Valentino Borg