Bħal f’ħafna pajjiżi Afrikani, fil-parroċċa ta’ San Martin de Porres fil-Malawi, hemm twemmin b’saħħtu fil-maġija. L-anzjani huma ssuspettati ewlenin tal-attivitajiet tal-maġija, u għalhekk ta’ sikwit ikunu ppersegwitati u d-djar tagħhom meqruda jew maħruqa. Xi drabi saħansitra jisfaw ukoll maqtula! Minħabba dan it-twemmin, ħadd ma jieħu ħsieb lill-anzjani li ħafna minnhom jgħixu ħajja xejn xierqa. Il-parroċċa għandha programm pastorali magħmul mill-kappilan Dun Joseph Sikwese, żewġ katekisti u żewġ rappreżentanti minn komunitajiet żgħar Kristjani, li jqajjem kuxjenza sabiex jgħin lill-komunità tifhem li l-anzjani mhumiex sħaħar, imma għandhom bżonn min jieħu ħsiebhom u jirrispettahom. Il-parroċċa wkoll għandha proġett li tirranġa u tibni mill-ġdid id-djar ta’ dawk l-anzjani li sofrew minn xi abbuż fuq djarhom.
Ħafna nies fiż-żona ta’ madwar il-parroċċa huma bdiewa, mastrudaxxi, bennejja u ħaddiema ta’ snajjiet żgħar oħra. Permezz ta’ dan il-proġett, il-parroċċa tuża s-servizzi ta’ dawn il-ħaddiema kollha u hekk mhux biss tkun qed tgħin lill-anzjani, imma wkoll tipprovdi xogħol lill-parruċċani stess. Il-proġett jinkludi wkoll restawr ta’ latrini pubbliċi. Ħafna mill-anzjani lanqas għandhom tojlit fi djarhom u għalhekk jinqdew f’dawn il-latrini. Bis-saħħa ta’ dan ir-restawr ta’ latrini, l-iġjene qed tingħata importanza wkoll. Parti oħra mill-proġett tikkonsisti f’għajnuna lill-anzjani sabiex ikunu soċjevoli u jerġgħu jintegraw fis-soċjetà, filwaqt li d-dinjità tagħhom tiġi protetta u preservata.
Ta’ min isemmi li filqrib hemm xmara li tintuża mill-komunità ta’ Chinunkha biex minnha jieħdu l-ilma għax-xorb, ħasil, tisqija, eċċ…, iżda dan l-ilma mhuwiex nadif. Il-parruċċani huma foqra u l’maġġoranza huma il-litterati, u b’hekk jiddependu għal kollox mill-agrikoltura. Ftit huma dawk involuti fil-biedja kummerċjali. Ta’ spiss dawn jesperjenzaw perijodi ta’ ġuħ, speċjalmnt fix-xhur bejn Jannar u Marzu, minħabba li l-ħxejjex li jkabbru mhumiex biżżejjed biex iservuhom fit-tul. Il-pandemija kompliet għakkset lil dawn in-nies, speċjalment fejn jidħlu attivitajiet ekonomiċi.
Dear Msgr Valent,
Trust you are well. Firstly, I would like to thank you and our benefactors for the mass stipends. We offer them and their dear ones our daily prayers.
On the other hand, we have already started mobilizing materials for the restoration of another two houses for the elderly widows Grace Nyondo and Beatrice Kabanjo. The works on one of the houses has started and soon we will start the work on the other house. The works consist of an extension to the small houses, plastering, flooring, doors and windows, and painting. After the houses are finished, these will be taken care of by the Catholic Youth Scouts within the parish. We also have started and finished drilling the borehole. The parishioners now have safe clean water.
We are grateful and you are always in our prayers.
God bless you.
Fr Joseph Sikwese St Martin De Porres Parish Priest
Diocese of Karonga, Malawi
Source: Malta Missjunarja Settembru 2021