Meta naħseb fuq tiegħi prinċipali kif ukoll ‘imħabba’. Ġesù ma jagħmilx l‐appostolat id‐dmir u l‐mod tiegħi li nuri appostolat, imma jgħin jiġuni f ’moħħi mħabbti lejn Ġesù li dejjem lilna bnedmin niskopru memorji tal‐passat ta’ meta kont għadni tifel u kienet tiġi fil‐parroċċa tagħna jew il‐Missjoni l‐Kbira jew il‐Missjoni ż‐Żgħira jew is‐Sajda tal‐Mużew. Imma dawn illum m’għadhomx tant popolari. X’ġara? Mhix risposta faċli tagħti raġunijiet, għaliex il‐kelma stess ‘appostolat’ ma tantx iddoqq tajjeb għal xi nies. Nistaqsi, għaliex Ġesù kien jiġbed tant nies warajh u aħna llum, nissogra ngħid, ingerrxuhom? Wara tant snin li ilni qassis u tant ieħor missjunarju, inħoss il‐bżonn li nagħmel eżami tal‐kuxjenza rigward dak li dejjem qistu bħala x‐xogħol u għal dejjem nixtieq nibqa’ nsegwi f ’ħajti.
Dak li mill‐ewwel joħroġ ċar huwa li l‐appostolat m’għandux ikun ‘metodu’ ta’ kif nevanġelizzaw jew ix‐xogħol li għandi nagħmel, imma għandu jkun l‐espressjoni ta’ ħajti. Il‐mudell tal‐veru appostolat insibuh fil‐Vanġelu, f ’Ġesù. Hu kien jevanġelizza bil‐mod kif kien jgħix għax hu ġabilna hawn fuq l‐art il‐ħajja tat‐Trinità. It‐Trinità ma tagħmilx appostolat, imma ddawwal il‐ħajja tagħha fil‐bnedmin, fin‐natura u fil‐liġijiet tagħha. Il‐ħajja tat‐Trinità hija sempliċement l‐ħajja tat‐Trinità, jiġifieri kif għandna nġibu ruħna ma’ xulxin u jiġbidna lejn l‐isfera tal‐ħajja vera, u hekk jistedinna nġibu hawn fl‐art, bejn il‐popli kollha, dik l‐istess forma ta’ soċjetà li minnha ġej hu. Fil‐fatt x’għamel Ġesù meta kien hawn fostna? Għaqqad ftit nies, li magħqudin miegħu, kienu s‐Saltna t’Alla fuq l‐art. In‐nies l‐oħra raw dan u ħassew li riedu jsiru parti minn din il‐ħajja ġdida, għax fiha sabu dak li minn dejjem xtaqet qalbhom. Soċjetà li għandha pedament wieħed, dak tal‐imħabba lejn xulxin.
Anki llum min jiltaqa’ main is‐Saltna t’Alla fuq l‐art, jiskopri lil Alla f ’ħajtu u jagħtih l‐ewwel post. Moħħna, qalbna u l‐forzi kollha tagħna jingħaqdu ħaġa waħda f’Alla u nifhmu li qabel kollox irridu nħobbu lil Alla b’qalbna kollha, b’moħħna kollu u bis‐saħħa kollha tagħna. U hu, bil‐mod il‐mod, imexxina biex nifhmu li biex verament inħobbuh hemm bżonn li nħobbu l‐proxxmu tagħna wkoll. Jgħallimna nsibu r‐relazzjoni vera mal‐oħrajn, jiġifieri ma’ kull persuna li tgħaddi minn ħdejja f’kull mument ta’ ħajti. Jgħallimna nħobbu fihom għax hu jgħidilna li kulma nagħmlu magħhom qed nagħmluh miegħu. Biex inħobb lil Alla, irrid inħobb lill‐proxxmu. Għalhekk, mhux nagħmel l‐appostolat biex nikkonverti lill‐ieħor, anki jekk għal raġuni qaddisa, imma nħobb u nservi lill‐proxxmu għax b’hekk qed inħobb u nservi ’l Alla. Inħoss li din il‐verità taqlibli l‐idea li forsi kelli tal‐appostolat ta’ taħt fuq. Mhux nirbaħ lill‐ieħor biex isir bħali jew biex nikkonvertih u hekk isir Kattoliku bravu. Il‐kelma ‘nirbħu’ fl‐appostolat nista’ nużaha biss jekk tfisser: nirbħu għall‐imħabba.
Hija l‐imħabba li tirbħu għall‐imħabba. Hekk ma naqax fil‐prożelitiżmu. Jekk immur biex nirbaħ niżbalja. Dan rajtu ċar ħafna meta sibt ruħi fil‐missjoni bi sfidi enormi quddiemi u kont nistaqsi lili nnifsi: “Imma jien x’nista’ nagħmel quddiem din il‐massa enormi ta’ nies?” U sibt li l‐isbaħ triq biex inpoġġi fil‐prattika il‐kmandament ta’ Ġesù: “Morru fid‐dinja kollha xandru l‐bxara t‐tajba,” kienet li m’oħrajn nibni ċellula żgħira ta’ ‘Saltna t’Alla fuq l‐art’. F’kontinent bħall‐Asja fejn hemm biljuni ta’ nies ta’ kull reliġjon u kulturi differenti minn tiegħi, kif stajt nagħmel appostolat? Kif inhu possibbli titgħallem dawk il‐lingwi kollha? Imma, iva huwa possibbli. Kemm‐il darba konna niltaqgħu ma’ nies bħal dawn, Tawisti, Ħindu, Musulmani, Buddisti u ħafna drabi nies bla twemmin. Huma kienu jaraw kif aħna, tnejn jew aktar minn pajjiżi diversi, konna nħobbu verament lil xulxin. Kienu jaraw kif konna nħobbuhom għax konna nisimgħuhom u napprezzaw is‐sabiħ tar‐reliġjon tagħhom u tal‐kultura tagħhom, u kienu jsiru ħbieb tagħna. Aħna konna nħossu l‐preżenza t’Alla preżenti hemm fostna, u huma kienu jiġru warajna u jixtiequ jaħdmu magħna għall‐ġid tal‐oħrajn.
Niftakar darba konna l‐Filippini u kienu ġew jgħaddu ftit tal‐ġranet magħna grupp ta’ żgħażagħ Ġappuniżi li kienu minn moviment Buddista jismu Rissho Kosei Kai, u fl‐aħħar ġurnata waħda minnhom kienet qalet: “Nissogra ngħid, li f’dawn il‐ġranet, għall‐ewwel darba f’ħajti, naħseb fhimt x’inhi Nirvana.” Nirvana hija l‐quċċata tal‐esperjenza spiritwali li tista’ tilħaq fil‐Buddiżmu. Kienet ħasset lil Alla u sejħitlu Nirvana. U llum ukoll, hawn f’Malta qed nara mill‐ġdid żgħażagħ li qed jinġibdu lejn il‐Kristjaneżmu għaliex ma’ gruppi oħra jew ta’ movimenti jew ta’ spiritwalità jew persuni a’ qalb kbira li jixtiequ jagħmlu volontarjat f ’xi art tal‐missjoni, qed iħossu u jduqu t‐togħma ta’ din is‐Saltna t’Alla fejn tnejn jew aktar jgħixu din l‐imħabba lejn xulxin. Fiż‐żmien tal‐ewwel Knisja, in‐nies kienet tinġibed lejn il‐Knisja għaliex kienu jaraw din il‐ħajja sabiħa mmudellata fuq il‐ħajja tat‐Trinitarja, u li kienet ukoll forma sabiħa ta’ soċjetà ġdida, fejn kulħadd kien jaqdi u jservi lil xulxin. Forma ta’ soċjetà ġdida fejn min kellu propjetà li ma kellux bżonnha kien ibigħha u jpoġġi l‐flus tagħha għall‐bżonnijiet ta’ min kien fil‐bżonn. L‐appostolat ta’ Ġesù ma jillimitax ruħu għall‐Knisja biss, imma huwa l‐mudell u l‐ħajja ta’ kull komunità u soċjetà, u tal‐umanità kollha. Morru fid‐dinja kollha u wasslu dan l‐istil tal‐ħajja t’Alla lil kulħadd. Dan hu l‐veru appostolat.
Dun Victor Agius