SkolaSajf

Bħal snien oħra, MissioTfal kienet mistiedna għal SkolaSajf fejn minħabba sitwazzjoni tal- pandemija, s-sezzjonijiet saru b’mod virtwali minn Nancy Camilleri, il- koordinatrici ta’ Missiotfal.

It-tema ta’ din is-sena hija: An I in Every Winner. Għal Missio din tfisser li kull tifel u tifla jistgħu jgħinu permezz tat-talb, tal-ħsieb jew billi jagħtu xi ħaġa żgħira tal-flus u b’hekk ikunu qed jgħinu tfal oħra fid-dinja li qatt ma raw. Din id-donazzjoni żgħira tista’ tibdel il-ħajja u d-dinja ta’ tifel jew tifla. Għalhekk, kull tifel u tifla jistgħu jibdlu ftit ftit id-dinja. Kull suċċess li jwassal biex insalvaw ħajja, huwa bil-kontribut ta’ kulħadd.

Dawn qed ikunu sessjonijiet ta’ kultura fejn nitkellmu dwar pajjiżi differenti filwaqt li nifhmu l-kultura tagħhom. Fl-aħħar tas-sessjoni nagħmlu kraft li għandu x’jaqsam ma’ dak il-pajjiż li nkunu tkellimna dwaru. L-għan ta’ dawn is-sessjonijiet hu li t-tfal Maltin jitgħallmu fuq il-kulturi ta’ pajjiżi oħra biex ’il quddiem fil-ħajja tagħhom, meta jiltaqgħu ma’ nies minn pajjiżi oħra, ikunu jafu dwarhom u b’hekk ikunu jistgħu jikkomunikaw aħjar flimkien kif ukoll jifhmu d-dffikultajiet u l-valuri tagħhom. Aħna nagħtu wkoll informazzjoni dwar il-pajjiżi, dwar it-tradizzjonijiet u d-drawwiet, u anki dwar postijiet famużi f’kull pajjiż. Dan nagħmluh biex it-tfal ikunu jafu fejn iridu jmorru jekk xi darba jmorru jżuru dak il-pajjiż.

Dawn is-sessjonijiet bdew f’Lulju u ser ikomplu sa’ Awwissu. Għalina ser ikunu ġranet li ilna ħafna nistennew bi ħġarna wara dan iż-żmien iebes tal-pandemija; sa fl-aħħar issa ser inkunu nistgħu niltaqgħu ma’ xi ftit mit-tfal anki jekk virtwalment.

MissioTfal sezzjonijiet virtwali fi Skola Sajf
2021 SkolaSajf Special Edition Newsletter
Let your friends know! Share this: