To Look from Above

A film on Pauline Jaricot

Il‐film qasir li tnieda fl‐okkażjoni tal‐beatifikazzjoni ta’ Pauline Jaricot, inħadem mill‐Fides f ’isem l‐Opri Missjunarji Pontifiċji u jġib l‐isem ‘To Look From Above’. Għall‐preżentazzjoni, li saret nhar il‐Ġimgħa 13 ta’ Mejju fl‐Awditorju Ġwanni Pawlu II tal‐Università Pontifikali Urbaniana, attendew l‐Arċisqof Giampietro Dal Toso, President tal‐Opri Missjunarji Pontifiċji; Patri Tadeusz Nowak, Segretarju Ġenerali tal‐Opra tal‐Propagazzjoni tal‐Fidi u Nataša Govekar, kap tad‐dipartiment teoloġiku‐pastorali tad‐Dikasteru Pontifiċju għall‐Komunikazzjoni. Id‐direttur, l‐awturi tal‐film, xi atturi u kollaboraturi tal‐produzzjoni, kienu wkoll preżenti.

Il‐film jirrakkonta l‐istorja u l‐esperjenza ta’ fidi ta’ Pauline Jaricot permezz tal‐għajnejn u l‐ħajja ta’ Claire, żagħżugħa tal‐lum, u huwa maħsub bħala storja fi storja. L‐enfasi hija
fuq ix‐xandir taċ‐ċentralità ta’ Kristu fil‐ħajja ta’ Pauline, biex it‐telespettaturi, speċjalment iż‐żgħażagħ, jinġibdu lejn il‐messaġġ li emmnet fih, l‐Evanġelju. L‐għażla waqgħet fuq ’l hekk imsejjaħ ‘story telling’ għaliex l‐istorja ta’ Pauline Jaricot hija storja tajba li kapaċi tittraxxendi l‐konfini tal‐ispazju u taż‐żmien.

 

Għall‐ġbid tal‐film, it‐tim ivvjaġġa lejn il‐postijiet oriġinali fi Franza. Ħadu sehem żgħażagħ mill‐moviment ‘Chemin‐neuf ’, li l‐membri tiegħu jiddedikaw ruħhom, fost affarijiet oħra, għall‐evanġelizzazzjoni permezz tal‐arti, kif ukoll żgħażagħ membri tal‐Opri Missjunarji Pontifiċji fi Franza. Minbarra l‐postijiet f ’Lyon fejn Pauline kellha l‐esperjenza ta’ fidi tagħha, il‐postijiet tal‐ġbid jinkludu wkoll lil Rustrel, komunità fir‐reġjun ta’ Provence‐Alpes‐Côte d’Azur magħrufa bħala l‐‘Colorado of Provence’ fejn Pauline Jaricot kienet waqqfet il‐fabbrika ta’ Notre Dame des Anges. Fl‐aħħar xeni tal‐film tidher ukoll it‐tfajla li esperjenzat il‐miraklu tal‐fejqan permezz tal‐interċessjoni ta’ Pauline Jaricot: Mayline Tran, li kellha tliet snin fiż‐żmien tal‐fejqan tagħha. Il‐familja Tran ipparteċipat fl‐aħħar stadji tal‐proġett, appoġġjat il‐proġett u tkellmu dwar l‐esperjenzi tagħhom stess fil‐krediti tal‐film.

Il‐produzzjoni u l‐promozzjoni tal‐film saret b’kollaborazzjoni mad‐Direzzjonijiet Nazzjonali tal‐Opri Missjunarji Pontifiċji fl‐Awstralja, fl‐Irlanda, fil‐Gran Brittanja, f ’Malta, fi Spanja, fil‐Kanada, fl‐Istati Uniti u fil‐Korea.


 


Tibqa’ rilevanti matul is‐sekli għax hija relatata man‐nutriment tal‐ħajja. (Mill‐messaġġ ta’ Papa Franġisku għall‐54 Jum Dinji tal‐Komunikazzjoni, n.2).

Permezz ta’ xbihat u mużika, il‐film irid iwassal is‐sbuħija
u l‐imħabba li Pauline sabet f ’Alla u li sawret il‐passjoni missjunarja tagħha, biex l‐udjenza tkun milquta, xewqa awtentika tal‐fidi Nisranija. Għal din ir‐raġuni, il‐film, li huwa disponibbli f ’ħames lingwi, se jkun intenzjonat għall‐proġezzjonijiet bil‐għan ta’ sensibilizzazzjoni u edukazzjoni missjunarja, iżda huwa maħsub ukoll bħala mezz ta’ ‘missio ad gentes’, għodda utli għall‐inizjattivi ta’ ‘Knisja li toħroġ’ f ’ambjent mhux Nisrani, u tkun disponibbli għad‐Direzzjonijiet Nazzjonali kollha tal‐ Opri Missjunarji Pontifiċji għal dan il‐għan.

Let your friends know! Share this:

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *