The Congregation for the Evangelisation of Peoples of the Holy See has appointed Fr Victor Agius as the new director of MISSIO Malta for the next five years (2023-2028).
MISSIO aims to help the Pope in spreading the missionary spirit among priests, religious, adults and children and encourages supporting the poor through financial aid for projects in Third World countries. MISSIO also takes care of spreading the Word of God in countries that have never been evangelised.
Fr Victor Agius is 73 years old and has been a priest for 48 years. After an initial experience in a parish, he participated in a course in the spirituality of communion in Frascati within the Focolare Movement. He then carried out his pastoral ministry as a missionary in the Philippines, in two parishes: in Manila (1977-1983) and in a training school for priests and seminarians in Tagaytay City, Cavite, first as assistant director and then as director (1983-2002). Fr Agius then carried out pastoral service in Macao (2002-2004) while studying the Chinese language, and later in Canada in the parish of the Chinese Martyrs in Markham, Ontario (2004-2006). He was responsible for the seminarians of the Focolare Movement in Grottaferrata, Rome, and a member of the General Council of the same Movement (2006-2009). Fr Agius then returned to the Philippines as director of the training school for priests and seminarians (2009-2014).
Since 2014 he has carried out his pastoral ministry in Malta in the parish of Marsascala.
DIRETTUR ĠDID GĦAL MISSIO MALTA
Il-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli tas-Santa Sede ħatret lil Dun Victor Agius bħala direttur ġdid ta’ MISSIO Malta għall-ħames snin li ġejjin (2023-2028).
Il-MISSIO għandu l-għan li jgħin lill-Papa fit-tixrid tal-ispirtu missjunarju fost il-qassisin, reliġjużi, adulti u tfal u jinkoraġġixxi l-għajnuna lill-foqra permezz ta’ għajnuna finanzjarja għal proġetti f’pajjiżi tat-Tielet Dinja. Il-MISSIO jieħu ħsieb ukoll ix-xandir tal-Kelma ta’ Alla f’dawk il-pajjiżi li qatt ma ġew evanġelizzati.
Dun Victor Agius għandu 73 sena u ilu 48 sena saċerdot. Wara esperjenza f’parroċċa, attenda kors fl-ispiritwalità tat-tqarbin fi Frascati fi ħdan il-Moviment tal-Fokolari. Wara wettaq il-ministeru pastorali tiegħu bħala missjunarju fil-Filippini, f’żewġ parroċċi: f’Manila (1977-1983) u fi skola ta’ taħriġ għall-qassisin u seminaristi f’Tagaytay City, Cavite, l-ewwel bħala assistent direttur u mbagħad bħala direttur (1983-2002). Dun Agius wettaq servizz pastorali fil-Makaw (2002-2004) waqt li kien qed jistudja l-lingwa Ċiniża, u aktar tard fil-Kanada fil-parroċċa tal-Martri Ċiniżi f’Markham, Ontario (2004-2006). Kien responsabbli mis-seminaristi tal-Moviment tal-Fokolari fi Grottaferrata, Ruma, u membru tal-Kunsill Ġenerali tal-istess Moviment (2006-2009). Dun Agius irritorna l-Filippini bħala direttur tal-iskola ta’ taħriġ għas-saċerdoti u s-seminaristi (2009-2014).
Mill-2014 ’l hawn wettaq il-ministeru pastorali tiegħu f’Malta fil-parroċċa ta’ Marsaskala.