Bolivar hija belt ċkejkna ta’ 2,500 ruħ, fil-qalba tal-Andes, fil-Peru, f’għoli ta’ 3,200 metru. It-territorju tagħha jinkludi 30 raħal żgħir, imxerrda fuq territorju enormi u fejn l’ivvjaġġar huwa wisq diffiċli. Biex tasal għal dan il-post minn Lima, il-belt kapitali, trid tivvjaġġa għal 31 siegħa u laħħar tmien sigħat fuq trejqat imħarbta għall-aħħar. Hawnhekk, l’aktar mezz komuni ta’ t-trasport huwa d-debba. Biex tasal f’xi wħud mill-irħula tieħu jumejn sejjer fuq id-debba. Skond l’istatistiċi tan-Nazzjonijiet Magħquda, f’Bolivar, l’iżvilupp uman huwa aktar ’l isfel minn dak tan-Niġer, li jinsab fl’aħħar post fl’istatistiċi tal-2019. Ħafna min-nies jgħixu mill-agrikoltura, ikabbru patata, qamħ għall-annimali u jrabbu xi baqra għall-ħalib. Xi ftit jirnexxilhom isibu xogħol f’xi postijiet pubbliċi (fi skola jew fil-muniċipju), waqt li l’maġġoranza taż-żgħażagħ jinżlu jfittxu xxogħol mal-kosta tal-baħar: l’irġiel f’xogħol agrikolu u n-nisa f’xogħol domestiku ma’ xi familja. Minħabba dan, is-sitwazzjoni li jinsabu fiha ġġiblek għajnejk wara widnejk. F’Bolivar hemm faxxa ta’ età li hija nieqsa kompletament. Għandek ittfal u għandek lanzjani; ittfal jgħixu mannanniet.
Il-proġett ‘Skola fuq l’Andes’ beda mill-kappillan ta’ Bolivar, Dun Emeterio Castaneda, li nduna li ħafna mit-tfal ma jmorrux liskola, kemm minħabba d-distanzi kbar u kemm minħabba li ħafna familji jkollhom jinqdew bit-tfal biex jaħdmu l’art. Dun Emeterio beda billi fetaħ skola żgħira fil-qalba tal-parroċċa, u beda jmur minn dar għall-oħra u b’kollox ġabar 80 tifel u tifla. Sab dar kbira, li ħadha b’kera u użaha bħala skola. In-numru tat-tfal malajr kiber. Biex jipperswadihom jibqgħu jiġu liskola, għax ta’ kuljum kellhom jimxu sigħat biex jaslu, beda jippreparalhom ikla sħuna kuljum. Bl’għajnuna tal‘Amu onlus’, li hija NGO, u tal-Konferenza Episkopali Taljana, bnew skola ġdida li semmewha San Francisco de Asis, b’sitt klassijiet għal-l’elimentarja u ħamsa għas-sekondarja. Din hija skola li fiha, kull sena, madwar 150 student, anki dawk ġejjin mill-bogħod ħafna, jistgħu jkollhom aċċess għall-edukazzjoni u alimentazzjoni tajba u kompluta. L’iskola għandha għalliema mħallsa mill-istat u magħżula minn fost l’abitanti tal-parroċċa li huma kkwalifikati għat-tagħlim. Fil-Peru, il-gvern iħallas is-salarju għal kull skola pubblika, anki jekk ġestita mill-privat, bħal f’dan ilkaż mill-parroċċa.
Fl’2015 il-ministeru tal-edukazzjoni Peruvjan ikklassifika, mill’iskejjel kollha ta’ dak ir-reġjun, lil din l’iskola fost l’aqwa bi kwalità ta’ suċċess tliet darbiet aktar għolja mill-medja nazzjonali. Ta’ importanza fundamentali hija l’formazzjoni tal-għalliema u magħha l’kwalità ta’ ħajja tal-istudenti. Biex iħajru lill-familji jibagħtu lit-tfal l’iskola, jagħtuhom ‘ilpakkett student’, li jkun fih pitazzi, lapsijiet, pinen, kuluri, uniformi u kotba, u d-dritt għal platt sħun kuljum li jkun ippreparat mill-ġenituri stess ta’ xi studenti. Il-komunità kollha hija involuta f’dan il-proġett: il-parroċċa u l’kunsill lokali, ġenituri, studenti u edukaturi, u dan qed iħalli ħafna frott. Mingħajr dan l’impenn ta’ kulħadd ikun diffiċli tifhem is-suċċess ta’ din l’iskola li tinsab imdawra minn tant diffikultajiet ta’ trasport, faqar u tant problemi oħra. Wieħed mill-aktar punti importanti fuq il-livell tal-edukazzjoni, huwa l’attenzjoni kbira fuq ir-relazzjonijiet bejn il-persuni, bejn il-ġenituri u l’iskola, kif ukoll bejn l’għalliema u l’istudenti.
Francis għandu d’Down syndrome. F’din l’iskola l’ġenituri tiegħu sabu dak li għal żmien kienu qed ifittxu; spazju ta’ akkoljenza u ta’ ġentilezza. Bl’imħabba tal-għalliema u ta’ l-istudenti, Francis integra ruħu tajjeb fl’attivitajiet kollha tal-iskola. Ma kinitx ħaġa stramba filgħodu tarah joffri ruħu biex imexxi t-talba flimkien. L’istudenti tgħallmu mhux biss jaċċettawh, iżda saru jħobbuh għall-mod kif imlielhom ħajjithom b’tant ferħ. Din is-sena Francis spiċċa b’suċċess il-livel elimentarju. Waqt il-gradwazzjoni, ommu kienet kommossa waqt li kienet qed tirringrazzja lil kulħadd għas-suċċess ta’ binha. F’dan iż-żmien li l’pandemija tal-COVID19 ħolqot diffikultajiet enormi, minn Bolivar ikomplu jaslu aħbarijiet ta’ komunità aktar magħquda u aktar b’saħħitha li hija determinata li tkompli ssaħħah il-formazzjoni taż-żgħażagħ akkost ta’ kull sagrifiċċju.
Parti minn ittra li fiha Dun Emeterio kiteb fuq kif huma sejrin l’istudji u l’ħajja tal-komunità:
“It-tfal tal-iskola tagħna sejrin tajjeb. Minn Marzu bdew isegwu l-lezzjonijiet bid-distanza minħabba nnuqqas tal-mezzi diġitali. L’għalliema b’kuraġġ impressjonanti, iffaċċjaw is-sitwazzjoni billi marru lura għall-mezzi qodma. Min m’għandux mowbajl, jista’ jsegwi l-lezzjonijiet fuq ir-radju. Min lanqas radju m’għandu, l’għalliema jgħaddu ddar tagħhom u jagħtuhom il-lezzjoni stampata fuq karta. Sigħat ta’ mixi fuq il-muntanji minn dar għall-oħra. Bħalissa, uffiċjalment il-liġi hija li wieħed ma jistax jivvjaġġa minn raħal għallieħor bil-lejl. Għall-protezzjoni tal-popolazzjoni ta’ Bolivar, in-nies għamlu liġi li ma tħalli lil ħadd jidħol jew joħroġ mill-belt, jekk mhux f’każijiet eċċezzjonali. Grazzi għal din il-prekawzjoni, bħalissa f’Bolivar hemm biss 21 każ ta l’imxija u ħadd ma miet, filwaqt li fil-bqija talPeru l’każijiet huma ħafna. Anki l’Knisja Peruvjana għamlet ħafna biex tgħin. Biżżejjed ngħidu li l’isqof il-ġdid tad-djoċesi, li Bolivar jagħmel parti minnha, bena fabbrika żgħira li tipproduċi l’ossiġnu għall-bżonnijiet tal-morda, għax fl’isptarijiet hemm nuqqas tiegħu, u l’istess għamel Patri Walter li jinsab f’żona mhux ’il bogħod minn Bolivar. Dan kien possibbli grazzi għall-kontribut minn xi imprendituri u Nsara mid-djoċesi. Din l’inizjattiva ħajret biex isir ftehim ma’ ditta farmaċewtika tal-post biex jipproduċu ‘paracetamol’ bi rħis u hekk eliminaw il-possibbiltà ta’ kuntrabandu fejn il-prezz kien tela’ għal 15 il darba aktar.”
Imma dan mhux kollox. Waħda mill-ħolmiet ta’ Dun Emeterio u l’komunità hija li jibnu poliambulatorju ġo Bolivar, li jkun jista’ jaqdi lill-popolazjoni għall-kura medika bażika. Dan ikun żvilupp importanti għall-popolazzjoni. Ħolma li l’kuraġġ u l’ispirtu determinat ta’ komunità jistgħu jagħmluh realtà.