Papa Franġisku għażel din is-sena, mit 8 ta’ Diċembru 2020 sat 8 ta’ Diċembru 2021, bħala s-sena d-dedikata lil San Ġużepp, ir-raġel ta’ Marija u l’missier tad-dinja ta’ Ġesù Kristu. Din l’aħbar ħabtet mal 150 anniversarju tal-proklama ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali minn Papa Piju IX f’iddokument ‘Quemadmodum Deus’ tat 8 ta’ Diċembru 1870. Il-Knisja tfakkarna li fil-Ġenna għandna ħabib b’saħħtu, li għex u ħadem għal żmien twil f’iddell bħal tant u tant eroj li qatt ma jissemmew, li huwa kemm Patrun tal-Ħaddiema kif ukoll Patrun ta’ Mewta Sabiħa.
Il-Garigor ta’ San Ġużepp
Jingħad li fil-knisja tal-Madonna ta’ Loreto f’Santa Fe, fil-Messiku, jinsab taraġ tond u misterjuż, li jiġbed aktar minn kwart ta’ miljun viżitatur kull sena. Il-knisja ta’ Loreto nbniet bejn is-sena 1873 u s-sena 1878. Meta tlestiet, is-sorijiet kien jeħtiġilhom isibu lil xi mastrudaxxa biex jagħmlilhom taraġ biex ikunu jistgħu jitilgħu fuq il-gallarija tal-kor li kien hemm fuq wara tal-knisja, eżatt fuq il-bieb ta’ barra. Biex jagħmlu dan ittaraġ ġew diversi mastrudaxxi, iżda kollha stqarrew li kienet ħaġa impossibbli li jagħmlu garigor ta’ tnejn u għoxrin pied għoli fi spazju daqshekk ristrett. Allura s-sorijiet bdew jitolbu lil San Ġużepp biex isibilhom lil xi ħadd u għamlu novena lil San Ġużepp.
Meta spiċċaw in-novena, proprju fl-għaxar jum, ġie raġel bil-ħmara u ftit għodda, jitlob ix-xogħol. Is-sorijiet qalulu li kellhom bżonn jagħmlu garigor biex jitilgħu fil-gallarija, iżda kienu għadhom ma sabu lil ħadd li jidħol għal din il-biċċa xogħol. Huwa offra li jagħmel dak ix-xogħol hu. Dam tmien xhur sħaħ jaħdem fuq dak il-garigor u fl-aħħar lestieh. Kien taraġ tond, kollu tal-injam li bħalu qatt ma deher. Meta l-garigor tlesta, il-mastrudaxxa ma deherx aktar. Dan it-taraġ, li għadu jeżisti sal-lum, huwa meqjus bħala kapolavur tal-karpenterija għar-raġuni li fih żewġ dawriet sħaħ ta’ 360 digrì u ma ntużawx la kolla, la msiemer u lanqas viti biex sar. Dan ifisser li ma kien marbut ma mkien u l-piż tiegħu kien kollu fuq il-bażi tiegħu. L’inġiniera jgħidu, li skont il-liġi tal-gravità, kellu jaqa’ u jsir biċċiet malli ppruvaw jitilgħu l’ewwel tarġa. Safrattant ilu jintuża kuljum għal aktar minn mitt sena. Is-sorijiet jemmnu li dak il-mastrudaxxa li bena l’garigor ma kien ħadd ħlief San Ġużepp, li sama’ t-talb tagħhom għan-novena li kienu għamlu.
Tliet kurżitajiet dwar dan ittaraġ:
1. L’identità ta’ dak il-mastrudaxxa baqgħet mhix magħrufa.
2. Li’nġiniera ma jistgħux jifhmu kif jinsab wieqaf mingħajr arblu fin-nofs.
3. L’injam li ntuża ma jinstab imkien f’dak il-pajjiiż tal-Messiku.
Storja mibgħuta minn Salvinu Lombardi.
Claudia Cini – Editorjal
Malta Missjunarju Awwisu