Messaġġ mid-Direttur
“Għax Aħna Ma Nistgħux Ma Nitkellmux Fuq Dak li Rajna u Smajna” (ATTI 4:20)
Xhud ikun tassew validu daqskemm lest li jgħid fis‑sewwa dak kollu li ra u sema’ minkejja li jkun mhedded jew imxaħħam minn min ma jridx li joħroġ is‑sewwa kollu. Ġesú, sa mill‑bidu tal‑ħajja pubblika tiegħu, għażel tnax sabiex ikunu miegħu ħalli meta jasal il‑waqt jibgħathom fid‑dinja kollha bħala xhieda tiegħu. Qabel Ġesú tela’ s‑sema tahom kmand ċar: “Morru fid‑dinja kollha, xandru l‑Evanġelju lill‑ħolqien kollu”. (Mk 16:15) Ġesù kien jaf li din il‑missjoni li kien qiegħed jagħti lill‑Appostli, kienet tqila wisq għalihom, kien jaf li ma kinux jifilħu għaliha. Għalhekk wegħedhom li hu kien ser jibqa’ magħhom sal‑aħħar taż‑żminijiet. (Mt. 18:20) B’dan ma kienx qiegħed ifisser li kien ser jibqa’ magħhom fiżikament bħalma kienu mdorrijin jarawh u jisimgħuh. Imma kien ser jibqa’ magħhom fl‑Ispirtu tiegħu ħalli “jgħallimhom kollox u jfakkarhom dak kollu li Ġesù kien qalilhom”. (Ġw. 14:26)
L‑Appostli fehmu sewwa l‑missjoni li fdalhom Ġesù, li jkunu xhieda ħajja tal‑mewt u l‑qawmien tiegħu għall‑ħajja. San Ġwann, fl‑ewwel ittra tiegħu jgħidilna: “Dak li kien mill‑bidu, dak li aħna smajna, li rajna b’għajnejna, li lejh ħarisna u messew idejna, jiġifieri l‑Verb, il‑Kelma tal‑Ħajja, dan ser inxandrulkom.” (1:1‑2) Ix‑xhieda li taw l‑Appostli dwar Ġesù, tista’ tinġabar f’dak li qal Pietru f’nhar Għid il‑Ħamsin: “Mela ħa jkun jaf fiż‑żgur il‑poplu kollu ta’ Iżrael li lil dan Ġesù, li intom sallabtuh, Alla għamlu Mulej u Messija.” (Atti 2:36) L‑Appostli baqgħu konsistenti f’din ix‑xhieda, minkejja swat u theddid min‑naħa tal‑kbarat tal‑Lhud. (Atti 10:39) Huma ħassewhom responsabbli u fid‑dmir li jobdu lil Alla aktar mill‑bnedmin (Atti 5:29), għaliex “ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna”. (Atti 4:20)
Illum hija r‑responsabbiltà tagħna lkoll li ningħaqdu mal‑Appostli u nkomplu nagħtu xhieda ta’ Kristu Rxoxt lid‑dinja tal‑lum. Għalkemm ħadd minna ma ra lil Ġesù Rxoxt bħalma rawh l‑Appostli, b’danakollu xejn ma jnaqqsilna din ir‑responsabbiltà. Ġesù stess jgħidilna li: “Henjin dawk li ma rawx u emmnu.” (Ġw. 20:29); filwaqt li San Ġwann jgħidilna: “Qegħdin inxandrulkom dak li rajna u smajna, biex intom tissieħbu.
Xhud ikun tassew validu daqskemm lest li jgħid fis‑sewwa dak kollu li ra u sema’ minkejja li jkun mhedded jew imxaħħam minn min ma jridx li joħroġ is‑sewwa kollu. Ġesú, sa mill‑bidu tal‑ħajja pubblika tiegħu, għażel tnax sabiex ikunu miegħu ħalli meta jasal il‑waqt jibgħathom fid‑dinja kollha bħala xhieda tiegħu. Qabel Ġesú tela’ s‑sema tahom kmand ċar: “Morru fid‑dinja kollha, xandru l‑Evanġelju lill‑ħolqien kollu”. (Mk 16:15) Ġesù kien jaf li din il‑missjoni li kien qiegħed jagħti lill‑Appostli, kienet tqila wisq għalihom, kien jaf li ma kinux jifilħu għaliha. Għalhekk wegħedhom li hu kien ser jibqa’ magħhom sal‑aħħar taż‑żminijiet. (Mt. 18:20) B’dan ma kienx qiegħed ifisser li kien ser jibqa’ magħhom fiżikament bħalma kienu mdorrijin jarawh u jisimgħuh. Imma kien ser jibqa’ magħhom fl‑Ispirtu tiegħu ħalli “jgħallimhom kollox u jfakkarhom dak kollu li Ġesù kien qalilhom”. (Ġw. 14:26)
L‑Appostli fehmu sewwa l‑missjoni li fdalhom Ġesù, li jkunu xhieda ħajja tal‑mewt u l‑qawmien tiegħu għall‑ħajja. San Ġwann, fl‑ewwel ittra tiegħu jgħidilna: “Dak li kien mill‑bidu, dak li aħna smajna, li rajna b’għajnejna, li lejh ħarisna u messew idejna, jiġifieri l‑Verb, il‑Kelma tal‑Ħajja, dan ser inxandrulkom.” (1:1‑2) Ix‑xhieda li taw l‑Appostli dwar Ġesù, tista’ tinġabar f’dak li qal Pietru f’nhar Għid il‑Ħamsin: “Mela ħa jkun jaf fiż‑żgur il‑poplu kollu ta’ Iżrael li lil dan Ġesù, li intom sallabtuh, Alla għamlu Mulej u Messija.” (Atti 2:36) L‑Appostli baqgħu konsistenti f’din ix‑xhieda, minkejja swat u theddid min‑naħa tal‑kbarat tal‑Lhud. (Atti 10:39) Huma ħassewhom responsabbli u fid‑dmir li jobdu lil Alla aktar mill‑bnedmin (Atti 5:29), għaliex “ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna”. (Atti 4:20)
Illum hija r‑responsabbiltà tagħna lkoll li ningħaqdu mal‑Appostli u nkomplu nagħtu xhieda ta’ Kristu Rxoxt lid‑dinja tal‑lum. Għalkemm ħadd minna ma ra lil Ġesù Rxoxt bħalma rawh l‑Appostli, b’danakollu xejn ma jnaqqsilna din ir‑responsabbiltà. Ġesù stess jgħidilna li: “Henjin dawk li ma rawx u emmnu.” (Ġw. 20:29); filwaqt li San Ġwann jgħidilna: “Qegħdin inxandrulkom dak li rajna u smajna, biex intom tissieħbu
magħna, u l‑għaqda tagħna tkun mal‑Missier u ma’ Ibnu Ġesù Kristu.” (1Ġw. 1:3) Bħall‑Appostli, aħna wkoll irċevejna l‑istess Spirtu s‑Santu biex inkunu nistgħu nemmnu u nistqarru li Ġesù huwa tassew ħaj. Id‑dinja tilqa’ x‑xhieda tagħna daqskemm aħna nippruvaw inħallu lil dan l‑Ispirtu jsawwarna u jagħmilna xbieha ħajja tal‑Mulej Ġesù. Dan San Pawl, wieħed mill‑akbar missjunarji, fehmu sewwa. Hekk li lill‑Galatin seta’ jgħidilhom: “Ngħix, imma mhux iżjed jien, iżda jgħix fija Kristu.” (Gal. 2:19) Id‑dinja xebgħet mill‑kliem biss; imma jekk il‑kliem tagħna jkun msaħħaħ bix‑xhieda ta’ ħajjitna, allura nġiegħlu lid‑dinja tistaqsi “imma dan għaliex qiegħed iġib ruħu hekk? Għaliex mhux qiegħed jgħix skont dak li ngħallem jien?” Alla għamel magħna ħwejjeġ kbar, u għalhekk ma nistgħux ma nitkellmux u ma nkunux xhieda ta’ dak kollu li għamel magħna.
Msgr. Valentino Borg
Missio Malta National Director
‘Malta Missjunarja Ottubru 2021’Unjoni Missjunarja