Insa u Aħfer

Uliedi, tifel ta’ seba’ snin u tifla ta’ ħames snin, kienu qed jilagħbu barra mingħajr l‐ebda ħsieb ta’ periklu. Ma rnexxilix nilħaqhom qabel ma splodiet ‘hand grenade’ u sibthom miksijin demm. Ġrejna bihom lejn l‐isptar. Ħassejtni mħawda ħafna; mistagħġba, imbeżżgħa, u mweġġgħa, imma kien hemm bżonn nieħu ħsieb uliedi u ngħinhom isibu mill‐ġdid il‐paċi f ’qalbhom. It‐tifel kellu l‐isplinters f ’rasu u kellu bżonn immedjatament li jiġi operat, filwaqt li binti ma kinitx tant gravi. 

Bil‐lejl bqajt ma ġenbhom; minn mument għal ieħor kienu jqumu jhewdnu: “Għaliex għamlulna hekk?” Ippruvajt insib il‐kliem biex infissrilhom li dik il‐persuna li tefgħet il‐‘grenade’ kienet persuna li żgur kienet għaddejja minn tbatija kbira; forsi kienet tilfet il‐ġenituri tagħha u wisq probabbli riedet teqred l‐armi tan‐nies tagħna. 

Meta mbagħad it‐tfal reġgħu raqdu, jiena qgħadt nitlob. Afdajthom f ’idejn il‐Bambin biex jikbru meħlusin minn kull mibegħda f’qalbhom. Għaddew is‐snin minn dakinhar u llum ibni jħares lejn dak li ġara bħala inċentiv biex jikkontribwixxi għall‐paċi fid‐dinja. 

(R.S. – Libanu) 

Dun Victor Agius

Artiklu meħud minn Malta Missjunarja Jannar 2022

Let your friends know! Share this: