F’Ġunju li għadda, saċerdot żagħżugħ, Patri Franġiskan, inqatel b’tiri ta’ armi tan-nar ġejjin minn diversi direzzjonijiet, minn traffikanti tad-droga li jappartjenu għal żewġ kartelli rivali fl’istat ta’ Durango. In-numru tad-demm imħallas mill-komunitajiet Messikani tal-fidili vittmi huwa kbir. Dan minbarra l-imwiet mill-COVID19, fejn mill-inqas 245 isqof, saċerdoti, djakni u reliġjużi tilfu ħajjithom. “Iktar minn 250 qassis mietu fil-Messiku,” qal Monsinjur Alfonso Miranda Guardiola, isqof awżiljarju ta’ Monterrey u segretarju tal-Konferenza tal-Isqfijiet Messikani. Ir-rapport taċ-Ċentru Kattoliku Multimedia rrapporta fl’aħħar ta’Marzu, 245 mewt fost isqfijiet, saċerdoti, djakni u reliġjużi. Iżda dawn huma ċifri parzjali, minħabba li mhux iddjoċesijiet kollha jikkollaboraw billi jibagħtu minnufih listi aġġornati.
Patri Juan Antonio Orozco ta’ 33 sena, kien fi triqtu biex jiċċelebra quddiesa fil-komunità Tepehuana ta’ Pajaritos meta xita ta’ balal temmitlu ħajtu. Kien it 12 ta’ Ġunju, lejlet il-festa ta’ Sant’ Antnin ta’ Padova, figura sinifikanti għall-familja Franġiskana, li l’vjolenza temmet l’eżistenza ta’ dan il-patri żagħżugħ, vittma tal-gwerra tal-kartell tad-droga Messikana. Il-Franġiskan reċentement kien kappillan tal-parroċċa f’Santa Luċija, fl’istat ta’ Zacatecas, art rikka fl’istorja, inkluża waħda Franġiskana, fit-tramuntana tal-Messiku, u kien sejjer lejn il-komunità ta’ Pajarito, żona ġirien. Abbord vann miftuħ, akkumpanjat minn xi parruċċani, sab ruħu f’nofs sparatura fil-muniċipalità ta’ Tepehuanes, fl’istat ta’ Durango. Għal bosta snin, il-kartelli Sinaloa u Jalisco Nueva Generacion (CJNG) ilhom jiġġieldu biex jirbħu ż-żoni mill-Paċifiku sal-fruntieri mal-Istati Uniti. Drogi, iżda wkoll armi, prostituzzjoni u fidwa tal-maħtufa, huma lbażi tan-negozju tal-miljunarju. Din id-darba kien imiss lill-Patri Juan Antonio li jsib ruħu f’nofs il-ħruq bejn gruppi kriminali fil-fruntieri tal-istati ta’ Durango u ta’ Zacatecas.
Fl’ewwel erba’ xhur ta’ din issena, 11,595 persuna tilfu ħajjithom bħala vittmi ta’ qtil jew femiċidju. Bħala medja, kważi 80 ruħ jinqatlu kuljum, ferita li minkejja ttamiet għall-bidla tal-President tal-Messiku Andrés Manuel Lopez Obrador, tkompli tnixxi. L’attakki sorpriża kontra r-rgħajja u dawk li jemmnu, fosthom l’ajċi impenjati li jgħixu l’Evanġelju f’art diffiċli bħall-Messiku, iżidu uġigħ ma’ dak ikkawżat minn massakru ieħor silenzjuż: dak ikkawżat mill-pandemija li ħasad ukoll lil dawk li jistinkaw biex jibqgħu qrib il-morda u fil-bżonn.
Artiklu meħud minn Malta Missjunarja Awwissu